Mogħdija tan-navigazzjoni

Naħdmu id f'id mal-migranti - 02/10/2008

Grada taċ-ċentru ta' migrazzjoni f'Bamako, Mali

L-ewwel ċentru tal-immigrazzjoni barra l-fruntiera tal-UE jinsab lest biex jibda l-ħidma tiegħu.

Kull sena, eluf ta' Afrikani jippruvaw jagħmlu vjaġġ perikoluż lejn l-Ewropa bħala immigranti illegali. Ta' spiss it-tfittxija għal ħajja aħjar tintemm f'traġedja fil-baħar.

Waħda mill-ħidmiet taċ-ċentru l-ġdid f'Bamako français , il-belt kapitali ta' Mali (nazzjon fil-Punent tal-Afrika), hi li tqajjem kuxjenza dwar ir-riskji tal-migrazzjoni illegali. Iċ-ċentru jservi bħala punt ta' tagħrif għal dawk il-persuni li beħsiebhom jemigraw. Dan joffri pariri dwar l-immigrazzjoni legali u jgħinhom jitħarrġu u jfittxu xogħol barra.

Mali huwa kandidat ideali għall-proġett pilota. Il-pajjiż huwa punt tranżitorju għall-migranti b'destinazzjoni lejn l-Ewropa kif ukoll sors ta' impjiegi għall-pajjiżi ġara. Madwar 4 miljun Maljan jgħixu barra. Dan l-ammont jista' jitqies bħala invażjoni meta nikkunsidraw li b'kollox hemm 12-il miljun biss. Il-biċċa l-kbira jinsabu madwar l-Afrika tal-Punent iżda madwar 200,000 jgħixu fl-Ewropa.

Mali huwa wieħed mill-ifqar pajjiżi fid-dinja. L-industrija prinċipali hija l-agrikoltura. Il- wiċċ tar-raba' li l-aktar jagħti qliegħ huwa l-qoton. Il-pajjiż jiddependi ħafna fuq il-flus li l-migranti jibagħtu lejn darhom. Iżda l-biċċa l-kbira minn dan id-dħul jittieħed mill-ħlas għat-trasferiment bankarju. Iċ-ċentru qed janalizza proposti biex titnaqqas in-nefqa tat-tranżazzjoni.

Iċ-ċentru qed jaħdem ukoll mal-migranti li jirritornaw lejn pajjiżhom, biex jerġgħu jaqbdu r-rutina normali tagħhom. Il-maġġoranza tal-migranti huma ġuvintur li ma jistgħux isibu impjieg f'pajjiżhom. Dawn imorru kullimkien minn ftit xhur u minn daqqiet għal bosta snin, iħallu warajhom nisa, tfal u l-anzjani biex imexxu l-farms tal-familja.

L-Ewropa tospita bosta Afrikani li jgħixu barra l-pajjiż. Ħafna minnhom huma mit-Tramuntana tal-Afrika, iżda l-ammont ta' dawk oriġinarji minn pajjiżi 'l isfel mis-Saħara, bħall-Mali, qed jiżdied.

Iċ-ċentru jimpjega madwar 40 persuna u għandu baġit ta' madwar €10m. Uffiċjalment jinfetaħ fis-6 ta' Ottubru.

Il-migrazzjoni minn Mali - aktar tagħrif françaisPDF.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli