Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Ugwaljanza: nimplimentaw il-liġijiet - 29/09/2008

Raġel f'siġġu tar-roti jaħdem b'lampa tal-ħruq

Konferenza dwar id-diskriminazzjoni tenfasizza d-distakk bejn il-liġijiet u dak li jseħħ.

L-Ewropa għandha liġijiet ħorox kontra d-diskriminazzjoni iżda għadna 'l bogħod mit-trattament ugwali. Is-samit dwar l-ugwaljanza DeutschEnglishespañolfrançaisitaliano f'Pariġi li seħħ bejn id-29 u t-30 ta' Settembru ta ċans lill-esperti fil-qasam tal-ugwaljanza biex jirrevedu x'inkiseb madwar l-UE mill-kampanja kontra d-diskriminazzjoni fl-2007.

Is-suq tax-xogħol għadu miżgħud bl-inugwaljanzi. In-nisa jaqilgħu 15% inqas mill-irġiel (fis-settur privat 25% inqas) u jokkupaw inqas pożizzjonijiet għolja. 50% biss tal-persuni bi bżonnijiet speċjali għandhom impjieg, meta mqabbla mat-68% ta' persuni mingħajr diżabilità. Barra minn hekk, kemm iż-żgħażagħ kif ukoll l-anzjani jilmentaw dwar id-diskriminazzjoni abbażi l-età.

L-istess gruppi jħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni fl-oqsma tal-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, is-sigurtà soċjali u l-akkomodazzjoni. F'Lulju, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet leġiżlazzjoni DeutschEnglishfrançais li toffri ħarsien f'dawn l-oqsma. Din tkun qed tagħti daqqa t'id lil-liġijiet eżistenti li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni fuq ix-xogħol.

Iżda fl-isfida kontra d-diskriminazzjoni jeħtieġ aktar minn liġijiet effettivi. Wieħed mill-għanijiet tal-konferenza kien li jidbidlu x-xejriet tal-imġieba u l-prattiċi istituzzjonali u professjonali twal.

Mhux dejjem faċli li tiskeb stampa ċara tad-diskriminazzjoni fl-Ewropa. Il-pajjiżi tal-UE għandhom modi differenti kif jiġbru d-data. Dan iwassal għal diffikultajiet jew sitwazzjoni impossibbli fil-qbil tad- data.

Madankollu, skont stħarriġ riċenti, l-Ewropej qed jikkunsidraw li d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza u l-etniċità hija l-aktar forma komuni ta' diskriminazzjoni fl-UE – saħansitra qed tiżdied. Forom oħra ta' diskriminazzjoni qed ikunu kkunsidrati li qed jonqsu (l-età, is-sess) jew tal-inqas mhux qed jiggravaw (l-orjentazzjoni sesswali).

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli