Mogħdija tan-navigazzjoni

Nirrispettaw id-diversità – trakk promozzjonali ta' l-UE jivvjaġġa lejn 10 pajjiżi - 22/07/2008

Il-liġijiet fl-UE kontra d-diskriminazzjoni huma fost l-aktar estensivi fid-dinja. Imma xi kultant il-liġijiet mhumiex biżżejjed biex il-messaġġ jasal għand kulħadd.

F'dawn l-aħħar ħames sjuf, l-UE organizzat l-hekk imsejjaħ  truck tour promozzjonali българскиEnglishceštinaeesti keelmagyarlatviešu valodalietuviu kalbapolskiromânaslovencinaslovenšcina sabiex tqajjem kuxjenza dwar id-drittijiet ugwali u tissielet l-isterjotipi. It-trakk isfar enormi, bil-messaġġ fuqu "rispett", diffiċli ma tintebaħx bih - imma, bil-lift ta' 1.4m għas-siġġijiet tar-roti, faċli jitla' fih kull min irid.

Din is-sena, it-tour beda fir-Repubblika Ċeka, billi żar il-festival mużikali ta' Praga f'Ġunju. Disa' pajjiżi oħra jinsabu fir-rotta tat-trakk: il-Bulgarija, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvija, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja. It-tour jintemm f'Ottubru.

It-trakk, li se jagħmel il-waqfiet tiegħu f'żewġt'ibliet f'kull pajjiż, se jżur festivals tal-mużika, taż-żgħażagħ u tal-films, avvenimenti sportivi, universitajiet u fieri ta' l-impjiegi. Din l-attività xxerred il-messaġġ tal-kampanja permezz ta' avvenimenti interattivi – konkors tal-kanzunetti, logħba dwar id-diversità u tiġrija bl-ostakli bis-siġġijiet tar-roti.

Il-programm ivarja bejn pajjiż u ieħor, b'avvenimenti speċjali bħal diskussjonijiet, kunċerti u żfin.

Stħarriġ riċenti ta' l-UE dwar id-diskrimanzzjoni sab li madwar wieħed minn kull seba' Ewropej bata' minn xi tip ta' preġudizzju tul is-sena preċedenti – fuq bażi ta' razza, oriġini etnika, età, diżabbiltà, reliġjon, sess jew orjentazzjoni sesswali.

Il-biċċa l-kbira ta' l-Ewropej iqisu d-diskriminazzjoni bħala problema estensiva li tinfluwenza d-disponibbiltà tad-djar, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-assikurazzjoni, fost affarijiet oħra.

“Għad hawn wisq nies fl-Ewropa li mhumiex konxji tad-drittijiet tagħhom li jgħixu ħajja bla diskriminazzjoni" qal il-kummissarju inkarigat mill-affarijiet soċjali Vladimir Špidla, “Din il-kampanja qed twassal il-messaġġ direttament għand iċ-ċittadini u se tgħin biex issawwar id-dritt għat-trattament ugwali f'realtà tal-ħajja ta' kuljum.”

Ngħożżu d-Diversità. Diskriminazzjoni Qatt - – websajt dwar kwistjonijiet attwali u attivitajiet ta' l-UE li jolqtu l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli