Mogħdija tan-navigazzjoni

Powster ta' kampanja li juri armamenti

Sebgħa u ħamsin pajjiż, li jinkludu 11-il pajjiż membru ta' l-UE qed jipparteċipaw f'kampanja li tqajjem kuxjenza dwar il-kruhat tat-tortura.

Skond il-liġi internazzjonali t-tortura hija pprojbita iżda xorta waħda sseħħ f'ċerti pajjiżi - saħansitra f'xi wħud li rratifikaw il-konvenzjoni tan-NU kontra t-tortura.Fl-UE nsibu madwar 400,000 persuna li sofrew minn torturi, bosta minnhom refuġjati.

B'impenn kontinwu l-UE kompliet tissielet kontra l-projbizzjoni tat-tortura u t-trattament krudili, inuman u degradanti. Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-politika tad-drittijiet tal-bniedem huwa li jintemmu dawn il-prattiċi.

Il-kampanja t-“ Tortura hija inaċċettabbli” tippromwovi proġetti li ffinanzjat il-Kummissjoni ta' l-UE madwar id-dinja lejn il-ħidma għat-tmiem tat-tortura. Il-messaġġ ewlieni huwa li l-pajjiżi kollha għandhom jagħmlu l-passi neċessaji biex iwaqqfu t-tortura u jindirizzaw il-kawżi ewlenin tagħha. Hi tappoġġja dawn l-isforzi billi tiffinanzja proġetti English (en) français (fr) madwar id-dinja.

Eżempji jinkludu r-reklutaġġ ta' persunal li jikkontrolla li l-liġi qed tiġi mħarsa, il-waqfien tal-provvista ta' appart li jintuża għat-tortura u għajnuna sabiex il-vittmi jkunu jistgħu jerġgħu jibdew ħajja mill-ġdid. Persuni li jkunu għaddew minn xi tortura jeħtieġu gwida psikoloġika, assistenza medika u legali u għajnuna sabiex jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Dawn il-persuni mhux biss ibgħatu minn danni fiżiċi iżda wkoll psikoloġiċi. Dan jista' jfixkel il-proċess milli jerġgħu jibdew jgħixu ħajja normali. L-UE tagħti appoġġ għar-rijabilitazzjoni mit-tortura f'41 pajjiż madwar id-dinja, li jinkludi appoġġ għaċ- ċentri ta' rijabilitazzjoni mit-tortura u netwerks f'16- il pajjiż ta' l-UE.

L-UE hija waħda mill-ikbar kontributur fil-ġlieda kontra t-tortura. Kull sena talloka madwar €12m, It-Tortura hija inaċċettabbli hija l-ewwel kampanja li taħdem fuq skala daqshekk kbira. Fis-26 ta' Ġunju, il-kampanja tfakkar ukoll il-jum internazzjonali tan-NU f'appoġġ tal-vittmi tat-tortura.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli