Mogħdija tan-navigazzjoni

Nixħtu d-dawl fuq it-tfassil tal-liġi fl-UE - 23/06/2008

Raġel u mara b’xi folders

Fit-23 ta’ Ġunju jiftaħ katalgu għall-entitajiet li jippruvaw jinfluwenzaw il-politika ta’ l-UE.

Eluf ta’ rappreżentanti minn entitajiet differenti bħall-NGOs, kumpaniji privati, uffiċċji tal-liġi u trade unions jiltaqgħu kuljum mal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea - l-unika istituzzjoni ta’ l-UE li għandha s-setgħa tipproponi liġijiet Ewropej ġodda.

L-attivitajiet ta’ dawn l-entitajiet li jirrappreżentaw l-interessi partikolari tagħhom, jinkludu tħejjija u ċirkolazzjoni ta' ittri, tagħrif jew dokumenti ta' pożizzjoni kif ukoll l-organizzazzjoni ta' avvenimenti.

Dawn l-attivitajiet bi skop ta’ lobbying huma parti importanti mis-sistema demokratika u jiżguraw li min ifassal il-politika jkun konxju minn kif id-deċiżjonijiet li jieħu jaffettwaw sezzjonijiet varji tal-popolazzjoni. Ir- reġistru Ewropew tar-rappreżentanti ta' l-interess – milqugħ tajjeb mill-għaqdiet infushom – għandu l-għan li jwassal għal aktar trasparenza f’dan il-qasam.

Ir-reġistrazzjoni hija kompletament volontarja, imma dawk l-għaqdiet li jagħżlu li jirreġistraw jintalbu jiddikkjaraw min huma, l-għanijiet tagħhom, u l-oqsma ta’ politika li jinteressawhom. Ir-reġistranti jintalbu jipprovdu tagħrif dwar is-sorsi ta' finanzjament tagħhom biex ikun ċar għal kulħadd min qed imexxi l-lobbying. L-informazzjoni kollha tkun tidher pubblikament.

Dawk li jixtiequ jidhru fuq ir-reġistru jridu jikkommettu ruħhom għall-kodiċi tal-kondotta li tmexxi l-kommunikazzjoni bejnhom u l-persunal tal-Kummissjoni. Ir-regoli jiżguraw li l-lobbyists kollha jsegwu l-istess kodiċi u huma suġġett għall-istess eżaminazzjoni, proċeduri ta’ l-infurzar u sanzjonijiet indipendenti. M’hemm l-ebda privileġġi assoċjati mar-reġistrazzjoni ħlief għall-wegħda ta’ avviż bl-email meta l-Kummissjoni tniedi konsultazzjonijiet pubbliċi.

Ir-reġistru huwa parti mill-Inizjattiva Ewropea għat-Trasparenza - li tipprova żżid fit-trasparenza, inkluż l-għarfien dwar kif jintuża l-baġitta’ l-UE. Huwa maħsub li fil-ġejjieni r-reġistru jiġi estiż biex ikopri l-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli