Mogħdija tan-navigazzjoni

Prinċipji komuni dwar l-immigrazzjoni u l-kenn politiku - 17/06/2008

Grupp ta' persuni jittawlu minn wara ħajt

Adottata strateġija b'10 punti dwar il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u l-evitar tan-nuqqas ta' xogħol tas-sengħa.

 

L-għan prinċipali tal-pjan il-ġdid tal-Kummissjoni li jistipola prinċipji komuni għall-immigrazzjoni jinkludi, it-tnaqqis fin-numru ta' immigranti li jogħoqdu illegalment fl-UE u l-assigurazzjoni li l-Ewropa għandha biżżejjed nies ta' l-età ta' ħidma.

Flimkien mal-proposta hemm strateġija li twassal għat-tmiem tat-trattament inekwu tal-persuni li jfittxu kenn politiku madwar l-Unjoni Ewropea.Il-miżuri tal-kenn politiku jimmiraw li jkattru u jsaħħu t-tradizzjoni umanitarja ta' l-Unjoni sabiex il-persuni li jfittxu kenn politiku jkollhom aċċess għall-istess livell ta' protezzjoni madwar l-UE kollha.

L-immigrazzjoni hija sfida ewlenija għall-Unjoni Ewropea.Minn żmien ilu l-Kummissjoni tat indikazzjoni għall-bżonn possibbli għal żieda fix-xogħol min-naħa ta' l-immigranti għall-appoġġ lejn l-ekonomija u l-kompettività ta' l-UE. Mill-2002, l-UE kull sena laqgħet bejn 1.5 u 2 miljuni immigranti.Il-maġġoranza tal-wasliet reċenti saru lejn Spanja, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, Franza, l-Italja u l-Greċja.Minkejja dan l-influss, sa l-2060, popolazzjoni ta’ l-età tax-xogħol fl-Ewropa mistennija li tonqos b'madwar 50 miljun. Dan iqajjem tħassib li mingħajr l-immigrazzjoni l-pajjiżi ta l-UE jistgħu jħabbtu wiċċhom ma' nuqqas dastriku ta' ħaddiema.

L-istrateġija tippreżenta 10 prinċipji li jservu bħala bażi għall-integrazzjoni tal-politiki nazzjonali, tgħaqqadhom taħt il-kwistjonijiet tal-prosperità, is-solidarjetà u s-sigurtà.Dawn jinkludu sforzi biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u t-tqabbil ta' ħiliet tal-ħaddiema immigranti mal-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol ta' l-UE.

Għanijiet oħra jinkludu t-tisħiħ tas-sigurtà permezz ta' politika tal-viża, l-iżvilupp ta' politiki effettivi għar-ritorn ta' dawn l-immigranti, l-integrazzjoni tat-tmexxija tal-fruntiera u l-ħidma aktar mill-qrib ma' pajjiżi ta' oriġini u tranżitu.Il-Kummissjoni tagħraf ukoll li l-integrazzjoni hija element strateġiku lejn immigrazzjoni b'suċċess u għalhekk trid li ma jkun hemm ebda tolleranza lejn l-ittraffikar ta' persuni.

Il-politika titratta biss persuni minn pajjiżi li mhumiex membri ta' l-UE.Ma tillimitax il-moviment għall-pajjiżi ta' l-UE.Pajjiżi individwali ta' l-UE għandhom id-dritt jiddeċiedu l-ammont ta' immigranti li jaċċettaw.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli