Mogħdija tan-navigazzjoni

Teħtieġ l-għajnuna? Iddalja 112 - 09/06/2008

Numru uniku għas-servizzi ta' l-emerġenza madwar l-Ewropa.

Jekk ikollok inċident ix-xogħol jew l-iskola, tkun taf x'numru trid iċċempel? U jekk tkun fuq btala? Tkun fejn tkun madwar l-UE, teħtieġ tkun taf numru wieħed biss għas-servizzi ta' l-emerġenza - 112.

F'każ ta' emerġenza, kull sekonda tgħodd. Ma tkunx trid taħli żmien tfittex numru meta hemm fil-periklu l-ħajja ta' xi ħadd. Għalhekk l-UE ħolqot numru uniku għall-pajjiżi membri kollha. L-istess numru jista' jintuża kemm jekk darek tkun qed taqbad fl-Iżvezja jew jekk hemm inċident tat-traffiku fl-Italja.

Meta iċċempel 112, operatur lokali jieħu ħsieb it-telefonata tiegħek direttament jew jgħaddik mas-servizz ta' emerġenza li teħtieġ – l-ambulanza, il-pulizija jew it-taqsima tat-tifi tan-nar.

In-numru ta' l-UE ta' l-emerġenza English huwa mod prattiku għall-assigurazzjoni li l-Ewropej ikunu jistgħu jduru madwar l-Ewropa mingħajr xkiel.  S'issa, in-numru 112 jaħdem fil-pajjiżi kollha ta' l-UE ħlief il-Bulgarija. Dan in-numru ma jiħux post in-numri ta' l-emerġenza nazzjonali, anzi dawn jaħdmu flimkien.

112 ilu jeżisti għal dawn l-aħħar għoxrin sena. Madankollu 22% biss ta' l-Ewropej semgħu dwaru. Sabiex tinbidil din ix-xejra, l-UE talbet lill-pajjiżi biex jippromwovu n-numru u jispjegaw kif jintuża English. Jekk per eżempju tieqaflek il-karozza fil-motorway – m'għandekx tuża dan in-numru. Il-pajjiżi qegħdin jintalbu wkoll sabiex jassiguraw li jkunu jistgħu jidentifikaw il-persuna li tkun qed iċċempel. Dan huwa rekwiżit legali iżda jġorr valur prattiku wkoll hekk kif min iċempel ma jkunx jistà jagħti is-sit preċiż.

In-numru 112 huwa mingħajr ħlas minn linja fissa, mowbajl jew payphone. Normalment, is-sejħiet jaħdmu anki jekk ma jkollokx flus biżżejjed għat-telefonata jew tinsab barra l-firxa jew netwerk tal-mowbajl tiegħek.

Kun af aktar dwar 112 f'pajjiżek English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli