Mogħdija tan-navigazzjoni

It-tmexxija tal-fruntieri f'dinja globalizzata - 13/02/2008

Dgħajsa tas-sajd b'persuni li jixtiequ jimmigraw lejn l-Ewropa qed tiġi eskortata f'port.

Pakkett ġdid għandu l-għan li jittratta l-pressjonijiet tal-migrazzjoni u t-traffikar tal-bnedmin – bla ma jagħmel il-ħajja diffiċli għal dawk li jivvjaġġaw b'mod leġittimu.

Bit-tkabbir li seħħ is-sena li għaddiet taż-żona bla fruntieri ta' Schengen DeutschEnglishfrançais u t-tneħħija gradwali tal-kontrolli tal-fruntieri interni, huwa importanti aktar minn qatt qabel li l-UE tamministra l-fruntieri esterni tagħha b'mod koerenti.. Sabiex dan isir bla ma jtaqqal ħajjet dawk li jivvjaġġaw b'mod leġittimu, din il-ġimgħa, il-Kummissjoni ressqet pakkett ta' miżuri ġodda.

Qabelxejn, sistema ta' sorveljanza ġdida tal-fruntieri Ewropej mistennija tnaqqas l-għadd ta' immigranti li jaqsmu l-fruntieri esterni ta' l-UE bla ma jinqabdu. Din is-sistema hija mmirata wkoll sabiex tqawwi s-sigurtà interna fl-UE billi tevita ċerti atti kriminali li jseħħu bejn pajjiż u ieħor bħat-terroriżmu, it-traffikar tal-bnedmin DeutschEnglishfrançais, l-importazzjoni illegali tad-drogi u  l-kummerċ illegali ta' l-armamenti.

Xi miżuri oħra jirriflettu d-determinazzjoni ta' l-UE li tnaqqas l-imwiet traġiċi ta' l-immigranti illegali billi aktar nies ikunu jistgħu jiġu salvati mill-baħar. Hekk kif l-aġenzija ta' l-UE inkarigata mill-fruntieri, Frontex English, qed tqawwi l-attivitajiet tagħha, inkluż il-kontroll ta' l-ibħra u t-taħriġ tal-gwardjani tal-fruntieri nazzjonali, hemm ippjanat li jittellgħu aktar operazzjonijiet bi sħab bejn il-pajjiżi membri. Hemm il-ħsieb ukoll li tiġi stabbilita sistema permanenti Ewropea ta' gwardjani tal-fruntieri.

It-teknoloġiji l-ġodda wkoll mistennija jagħtu sehemhom. Fost oħrajn hemm ippjanati sistema li permezz tagħha jiġu rreġistrati d-dħul u l-ħruġ tal-persuni li ma jkunux ċittadini ta' l-UE, sistema elettronika għall-awtorizzazzjoni ta' l-ivvjaġġar u strumenti oħra intiżi għall-amministrazzjoni tal-fruntieri. Kif spjega l-Kummissarju ta' l-UE inkarigat mill-Ġustizzja u s-Sigurtà Franco Frattini, "Se nużaw l-aktar teknoloġija avvanzata sabiex niksbu l-ogħla livell possibbli ta' sigurtà".

Aktar tagħrif dwar l-azzjoni mill-UE dwar l- immigrazzjoni DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli