Mogħdija tan-navigazzjoni

Niċċelebraw l-10 anniversarju tar-riunifikazzjoni tal-Ewropa - 30/04/2014

Il-bnadar ta' 28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

L-1 ta' Mejju 2014 jimmarka l-10 anniversarju tal-akbar tkabbir fl-istorja tal-UE b’żieda ta’ 10 Stati Membri ġodda, il-biċċa l-kbira minnhom mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

“Flimkien, għandna aktar saħħa fid-dinja; uniti ninsabu f'pożizzjoni aħjar, mhux biss biex niddefendu l-interessi tagħna iżda wkoll biex nippromwovu l-valuri tagħna," - qal il-President tal-Kummisjoni José Manuel Barroso fl-okkażjoni ta' dan l-anniversarju storiku.

Il-Kummissarju għat-Tkabbir Štefan Füle qal, "L-adeżjoni ta' 10 stati membri fl-1 ta' Mejju 2004 ġabitilna stabilità, sigurtà u prosperità komuni. Hi reġgħet għaqdet l-Ewropa wara snin ta’ qasma artifiċjali matul il-Gwerra Bierda.”

It-tkabbir tal-Lvant tal-UE ankra sew id-demokrazija, il-libertà u l-istat tad-dritt għal miljuni ta’ persuni li kienu għexu wara l-Purtiera tal-Ħadid. Is-sħubija fl-Unjoni Ewropea kienet simbolu ta’ tama u futur aħjar għal miljuni ta’ nies.

Wara għaxar snin, l-Ewropa hi aktar b’saħħitha, aktar sinjura u aktar sikura – politikament, ekonomikament u kulturalment. It-tkabbir għamel lill-UE l-akbar suq uniku fid-dinja. Iż-żieda fil-kummerċ bejn l-Istati Membri ġġib l-impjiegi ġodda, l-investiment u t-tkabbir ekonomiku. It-tkabbir kompla jsaħħaħ l-importanza tal-Ewropa fid-dinja. Bħala Unjoni ta’ 500 miljun ċittadin, qed insemmgħu leħinna mad-dinja kollha.

Stqarrija tal-President Barroso dwar l-10 anniversarju tat-tkabbir Englishfrançais (vidjow)

Aqra t-traskritt tal-istqarrija tal-President Barroso English

Stqarrija tal-Kummissarju Füle fl-10 anniversarju tat-tkabbir English

L-10 anniversarju tat-tkabbir tal-2004 – il-benefiċċji strateġiċi, l-impatt u l-aġenda attwali tat-tkabbir English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli