Mogħdija tan-navigazzjoni

Mir-riformi tal-ġajjiżi ġirien tal-UE joħorġu xenarji differenti - 28/03/2014

Mappa tal-Ewropa © EU

L-eżaminazzjoni annwali tal-UE tal-isforzi tagħha biex tinkoraġġixxi r-riforma f’pajjiżi ġirien lejn il-Lvant u n-Nofsinhar turi riżultati mħallta għall-2013.

Permezz tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV), l-UE toffri għajnuna finanzjarja lil pajjiżi sħab impenjati lejn ir-riforma governattiva u ekonomika u inizjattivi pożittivi oħra, bħal pereżempju l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Din il-politika għandha l-għan li ssaħħaħ il-prosperità, l-istabilità u s-sigurtà fir-reġjun tal-Mediterran u l-Ewropa tal-Lvant.

Minkejja r-riformi politiċi u ekonomiċi sinifikanti, l-2013 rat kriżijiet f’ħafna pajjiżi, li rriżultaw minn instabilità politika u kwistjonijiet ta’ sigurtà nazzjonali u reġjonali.

Sena ta’ sfidi

L-eżaminazzjoni annwali tal-UE tal-programm laqgħet b'sodisfazzjoni l-adozzjoni ta’ kostituzzjoni ġdida fit-Tuneżija u r-riformi fil-Marokk. Madankollu, l-UE hija mħassba dwar il-polarizzazzjoni politika, il-libertà tal-assemblea u l-libertà tal-istampa fl-Eġittu.

Il-Libja, sadanittant, qed taffaċċja sfidi tas-sigurtà li sejrin għall-agħar u li qed ixekklu r-rikonċiljazzjoni nazzjonali u l-istabilizzazzjoni politika. Il-Libanu u l-Ġordan qed jitħabtu mal-impatt tal-gwerra ċivili fis-Sirja fuq is-sistemi politiċi, ekonomiċi u soċjali tagħhom. L-Iżraeljani u l-Palestinjani bdew taħditiet ta’ paċi mill-ġdid iżda għadhom qed jaffaċċjaw ostakli serji.

Progress irregolari

Fil-pajjiżi msieħba tal-Lvant tal-PEV, l-Ukraina għada għaddejja minn perjodu ta' bidla importanti ferm li ġiet ikkawżata minn protesti b’appoġġ għal assoċjazzjoni mal-UE. Dawk l-aspirazzjonijiet ġew appoġġjati aktar kmieni dan ix-xahar meta l-UE approvat pakkett ta’ €11 biljun ta’ għajnuna finanzjarja għall-pajjiż milqut mill-kriżi.

Il-progress fil-Moldova u fil-Ġeorġja ġie kkontrobilanċjat minn nuqqas ta’ riforma fil-Bjelorussja, filwaqt li l-Azerbajġan ftit li xejn għamel sforz biex isaħħaħ id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali.

Fl-2013, l-assistenza finanzjarja għall-pajjiżi tal-PEV laħqet €2.65 biljun, l-ogħla livell tagħha fil-perjodu ta' finanzjament ta' 7 snin. Bejn l-2014 u l-2020, il-finanzjament tal-UE għal pajjiżi ġirien se jilħaq €15.4 biljun. Jista’ jiġi investit f’oqsma bħalma huma

  • is-sikurezza fit-toroq
  • it-trasport pubbliku
  • l-enerġiji rinnovabbli
  • l-infrastruttura.

Il-pajjiżi tal-PEV jibbenefikaw minn aktar kummerċ u vvjaġġar aktar faċli lejn u mill-UE u opportunitajiet għal studju u skambju kulturali. Il-proċess huwa sostnut permezz ta’ pjanijiet ta’ azzjoni li ġew maqbula ma’ 12 mis-16-il pajjiż tal-PEV s’issa.

Stqarrija għall-istampa - Il-viċinat f’salib it-toroq

Ħarsa ġenerali lejn il-politika tal-viċinat

Rapport Annwali PDFEnglish

Ċentru ta’ Informazzjoni Ewropew tal-Viċinat Englishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli