Mogħdija tan-navigazzjoni

Niddefendu l-industrija tad-difiża Ewropea - 24/07/2013

Bastiment tal-għassiesa tal-kosta Taljan jesebixxi l-lowgo tal-UE © EU

Pjan ta’ azzjoni biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-industriji tad-difiża u s-sigurtà tal-Ewropa.

Fi żmien meta l-Ewropa qed tiffaċċja sfidi ġodda fis-sigurtà, pajjiżi individwali qegħdin jitħabtu biex jarmaw il-forzi armati tagħhom b’mod adegwat. Operazzjonijiet reċenti fil-Libja wrew biċ-ċar nuqqasijiet importanti f’kapaċitajiet militari prinċipali.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi pjan ta’ azzjoni English li jagħmel l-industrija tad-difiża aktar effiċjenti u kompetittiva.

Importanza strateġika

Is-sikurezza tan-nies hi r-raġuni ewlenija għat-tisħiħ tal-kapaċità tad-difiża, iżda l-industrija hi wkoll importanti ekonomikament. Hi impjegat madwar 400,000 ruħ fl-2012, filwaqt li ħolqot indirettament 960,000 impjieg ieħor, b’fatturat ta’ €96bn.

Madankollu l-Ewropa qed tiffaċċja żieda fil-kompetizzjoni fis-suq tad-difiża. Il-Brażil, ir-Russja, l-Indja u ċ-Ċina (il-pajjiżi “BRIC”) qed b'mod regolari jżidu l-infiq tagħhom.

Innaqqsu l-ispejjeż

It-tagħmir tad-difiża ħafna drabi hu estremament għali, filwaqt li l-baġits għad-difiża qed jitnaqqsu – flimkien ma’ nfiq pubbliku ieħor. Bejn l-2001 u l-2010, l-infiq tad-difiża tal-UE niżel minn €251bn għal €194bn. It-tnaqqis affettwa partikularment ir-riċerka – li hi kruċjali biex nibqgħu pass qabel theddid ġdid – fejn l-infiq naqas b’14% bejn l-2005 u l-2010.

Żieda fil-kooperazzjoni fil-livell tal-UE għandha tgħin biex jitnaqqsu l-ispejjeż. Il-pajjiżi tal-UE għandhom 16-il tip differenti ta’ frejgata bejniethom. Li kieku l-pajjiżi kollha jkollhom l-istess mudell, għal frejgati u tagħmir ieħor, huma jkunu jistgħu jiżviluppaw ekonomiji ta’ skala.

Proposti tal-Kummissjoni

Il-pjan ta’ azzjoni hu mfassal biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni tal-UE fit-tagħmir ta’ difiża, tiżdied il-kompetittività, u jitrawmu rabtiet ġodda bejn ir-riċerka ċivili u militari – pereżempju dwar is-sejba ta' preżenza kimika, bijoloġika, radjoloġika jew nukleari, u sistemi tal-ajru kkontrollati mill-bogħod.

Inizjattivi oħrajn jinkludu għajnuna lil negozji żgħar fi ħdan is-settur tad-difiża biex jaqsmu l-faċilitajiet, jippromwovu kapaċitajiet bżonjużi, u jiżguraw il-provvista ta’ materja prima kruċjali.

Il-politika tad-difiża tibqa’ f’idejn il-pajjiżi individwali tal-UE. Iżda, huma jikkooperaw permezz tal-politika barranija u tas-sigurtà tal-UE biex jiġu żviluppati l-kapaċitajiet ċivili u militari – għal prevenzjoni aktar effettiva tal-kunflitti u l-immaniġġjar ta’ kriżijiet. Id-difiża taqa’ taħt din il-politika.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli