Mogħdija tan-navigazzjoni

It-trattament tal-faqar u l-kwistjonijiet ambjentali flimkien - 17/07/2013

Art niexfa u mxaqqa © EU

Metodu ġdid tal-UE biex jiġi indirizzat il-faqar u problemi ambjentali li jkun jiġbor finanzjament u jtejjeb il-koordinazzjoni politika.

Ħafna drabi huma l-ifqar pajjiżi fid-dinja li huma l-iktar milquta minn problemi ambjentali — u li x’aktarx ibatu l-iżjed minn effetti ta' bidla fil-klima.

L-għeruq ta’ dawn il-problemi spiss ikunu mrikkbin fuq xulxin, allura meta ntaffu waħda nagħmlu impatt fuq l-oħra. Pereżempju, il-preservazzjoni tal-foresti u l-bijodiversità ma tgħinx biss fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, iżda tista’ tkun garantita l-provvista tal-ikel, li huwa essenzjali biex ngħelbu l-faqar.

Proposta mill-Kummissjoni Ewropea tiddeskrivi metodu ġdid tal-UE biex jiġi megħlub il-faqar u mħeġġeġ l-iżvilupp sostenibbli Englishfrançais biex jitqiesu ż-żewġ problemi flimkien.

Huwa l-waqt it-tajjeb biex nippreparaw strateġija għaż-żewġ sfidi — id-data tal-Għanijiet għall-Żvilupp tal-Millennju Englishespañolfrançais (li inkludew l-għan dwar l-eliminazzjoni tal-faqar) hija l-2015, filwaqt li qed ikomplu taħditiet internazzjonali dwar is-segwitu tal-Konferenza tan-NU tal-2012 dwar l-iżvilupp sostenibbli.

Il-metodu ġdid huwa bbażat fuq il-karatteristiċi li ġejjin:

  • il-flus biss mhumiex biżżejjed. Il-finanzjament għandu jkun ibbilanċjat ma’ politiki li, pereżempju, jittrattaw id-diffikultajiet
  • il-forom ta’ finanzjament kollha għandhom jiġu kkunsidrati — pubbliċi u privati, domestiċi u internazzjonali
  • il-pajjiżi riċevituri jiddeċiedu kif jagħtu prijorità għar-riżorsi bejn l-għanijiet differenti ta’ politika
  • sinerġiji ġodda għandhom ifissru li kull ewro li tintefaq f’qasam wieħed ta’ politika tħalli effetti pożittivi f'oħrajn
  • l-“ekonomiji emerġenti” — pajjiżi li kienu jiġu kkunsidrat foqra iżda li għandhom ekonomiji li issa qed jikbru — u l-“pajjiżi bi dħul medju superjuri” għandhom jgħinu wkoll biex jappoġġaw lil dawk l-aktar fil-bżonn.

Il-proposti issa se jiġu diskussi mill-membri parlamentari Ewropej u l-Ministri nazzjonali. Il-metodu jkun japplika mill-2016.

Aktar dwar ix-xogħol ta’ żvilupp tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli