Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni
Il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni biex tirċievi rispons dwar kif tipprevjeni ċ-ċirkonċiżjoni forzata tal-bniet u n-nisa.
It-tneħħija parzjali jew sħiħa tal-organi ġenitali esterni tal-bniet issir minħabba twemmin kulturali, reliġjuż u soċjali – mhux għal raġunijiet mediċi.
Mijiet ta' eluf ta' nisa li jgħixu fl-Ewropa ġew mutilati b'dan il-mod, skont estimi. Hemm madwar 100 sa 140 miljun tifla/mara li għaddew minn din l-esperjenza fid-dinja – 90 miljun minnhom fl-Afrika. Din il-prattika tħalli konsegwenzi severi fiżiċi u psikoloġiċi.
Ħafna aktar bniet u nisa se jkollhom jgħaddu mill-istess vjolenza jekk il-gvernijiet ma jsaħħux il-prevenzjoni – hawnhekk u fid-dinja kollha.
Għalkemm il-mutilazzjoni ġenitali hi illegali fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi, xorta waħda għadha ssir. Il-prosekuzzjonijiet huma rari ħafna, spiss minħabba li mhux faċli li wieħed jinduna bil-każijiet, mhux lakemm tinġabar l-evidenza u n-nies joqogħdu lura milli jirrappurtaw dan ir-reat minħabba bosta raġunijiet.
Hi meħtieġa l-għajnuna
Tista' tgħinna nsibu mezz biex intemmu din il-prattika fl-Ewropa billi twieġeb ftit mistoqsijiet f'konsultazzjoni onlajn ![]()
![]()
.
Rapport ![]()
reċenti żvela li hemm vittmi, jew vittmi potenzjali, f'tal-anqas 13-il pajjiż tal-UE: fl-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Spanja, il-Finlandja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, il-Portugall, l-Isvezja u r-Renju Unit. F'dan ir-rapport jinstabu wkoll l-azzjonijiet tal-gvernijiet tal-UE li jiġġieldu kontra din il-prattika.
Biex timmarka l-Jum Internazzjonali tan-Nisa ![]()
![]()
fit-8 ta' Marzu, il-Kummissjoni qed tipprovdi €3.7 miljun oħra għall-programmi tal-UE li jipprevjenu l-vjolenza fuq in-nisa. Qed jingħataw €11.4 miljun oħrajn lill-organizzazzjonijiet ċiviċi u lil dawk li jgħinu lill-vittmi.
Azzjonijiet oħra tal-UE biex tintemm il-mutilazzjoni ġenitali femminili
(u l-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa) fl-Ewropa u lil hinn minnha jinkludu sostenn lill-vittmi u lill-vittmi potenzjali fil-pajjiżi fejn jiġri dan.
L-azzjoni tal-UE dwar din il-kwistjoni hi megħjuna mir-riċerka tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi ![]()
, li bis-saħħa tiegħu ir-riżorsi jiġu mmirati fejn hemm l-aktar bżonn.