Mogħdija tan-navigazzjoni

Ma naqtgħux qalbna – it-tmiem tal-faqar fid-dinja - 04/03/2013

Raġel wieqaf fuq art għerija li qed juża bandiera tal-UE bħala kappa © EU

Bħala l-ikbar donatriċi tal-għajnuna fid-dinja, l-UE qed tmexxi sforzi biex jiġu stabbiliti miri ġodda tan-NU biex tgħin lin-nies joħorġu mill-faqar u biex jinkiseb żvilupp sostenibbli.

Matul l-aħħar għaxar snin, l-UE ħadmet biex jintleħqu l-miri stabbiliti Englishespañolfrançais min-NU għal tnaqqis drastiku tal-faqar fid-dinja sal-2015. Miljuni ta’ nies ġew megħjuna u ġew salvati ħafna ħajjiet, iżda għad fadal ħafna xi jsir.

Il-Kummissjoni qiegħda tisħaq mal-pajjiżi tal-UE biex jieħdu r-riedni fl-ippjanar tal-fażi li jmiss ta' dan l-isforz globali biex jeliminaw il-faqar estrem, wara l-2015.

Hija fasslet strateġija komuni tal-UE DeutschEnglishfrançais dwar din il-kwistjoni – ir-riżultat ta' proċess ta' konsultazzjoni wiesgħa li jinvolvi l-mexxejja tal-UE, il-partijiet interessati u ċ-ċittadini.

L-isforzi biex jintemm il-faqar estrem għandhom ikunu abbinata mal-iżvilupp sostenibbli. Dan ifisser li jrid isir aktar biex jiġu ttrattati l-problemi tat-tibdil fil-klima, ir-riżorsi skarsi, il-ħsara ambjentali u l-inugwaljanzi soċjali.

L-ingredjenti għall-iżvilupp

Pjan għal wara l-2015 għandu jaġġorna l-miri eżistenti tan-NU u jkopri kwistjonijiet bħall-protezzjoni soċjali.

L-iżvilupp soċjali u l-miżuri ambjentali għandhom ikunu parti essenzjali ta' riformi strutturali fl-ekonomiji li qed jiżviluppaw.

U ma hemm l-ebda mod li bih jista' jinkiseb żvilupp inklużiv u sostenibbli jekk ma jiġux indirizzati kwistjonijiet tal-ġustizzja, l-ugwaljanza, il-ġustizzja, id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi – valuri importanti ferm.

Ħajja b'dinjità għal kulħadd

L-għanijiet tal-għajnuna għall-iżvilupp għandhom ikunu ċari u ambizzjużi, li jistabbilixxu miri minimi. Dawn l-għanijiet għandhom ifittxu wkoll li jtejbu l-kwalità tal-ħajja għal kulħadd, f'oqsma bħall-edukazzjoni, in-nutrizzjoni, u ilma u arja nodfa.

Il-livell tal-għajxien ta' kull raġel, mara, tifel u tifla għandu jkun daqs jew ogħla minn dawn l-istandards minimi sal-2030.

Il-partenarjati effettivi bejn il-gvernijiet, is-soċjetà ċivili u s-settur privat huma meħtieġa biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

Il-passi li jmiss

L-UE qed taħdem biex il-membri kollha tal-gvern jaqblu dwar il-pożizzjoni komuni tagħha sal-ħarifa ta' din is-sena, meta l-pajjiżi kollha tan-NU se jiltaqgħu biex jiddiskutu l-progress lejn il-miri tal-żvilupp attwali tal-2015 u jippjanaw għall-fażi li jmiss.

Il-pożizzjoni komuni tal-UE għandha tiġi integrata wkoll fl-isforzi globali biex jiġu ffissati miri għall-iżvilupp sostenibbli għall-pajjiżi kollha.

Aktar dwar l-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli