Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

L-istrateġija tat-tkabbir 2012 u l-valutazzjonijiet tal-progress lejn is-sħubija mal-UE tal-Kroazja, l-Islanda, it-Turkija, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Albanija, il-Bosnja-Ħerżegovina, il-Montenegro, is-Serbja u l-Kosovo.
L-UE u s-27 pajjiż membru tagħha jibqgħu impenjati li jwessgħu s-sħubija tal-UE, u tal-kontinent u b'hekk isaħħu l-paċi, is-sigurtà, il-prosperità u l-qawwa internazzjonali.
Ir-rapport tal-2012 dwar l-istrateġija tat-tkabbir ![]()
![]()
, li jkopri l-Balkani tal-Punent, l-Islanda u t-Turkija, jivvaluta l-progress u jagħti ħarsa lejn ir-riformi li dawn il-pajjiżi għandhom jagħmlu biex jissieħbu fl-UE.
Il-proċess ta' sorveljanza annwali jiżgura li l-pajjiżi aspiranti ma jidħlux qabel ma jkunu leħqu r-rekwiżiti kollha, li ġew spjegati fid-dettall.
Dawn jinkludu it-titjib tal-parteċipazzjoni politika, tal-istandards legali, tal-amministrazzjoni pubblika, tal-libertà tal-espressjoni u tal-kundizzjonijiet għal gruppi esklużi mis-soċjetà u tal-istabilità ekonomika.
Din is-sena, il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll li tgħin pajjiżi kandidati potenzjali jilħqu l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni iktar kmieni fil-proċess tat-tkabbir.
Il-qagħda bħalissa
L-UE ffirmat Trattat ta’ adeżjoni mal-Kroazja f'Diċembru 2011. Il-pajjiż huwa mistenni jissieħeb mal-UE fl-1 ta' Lulju 2013 u għadu fit-triq it-tajba sabiex jissodisfa l-kundizzjonijiet li fadal sa dak iż-żmien kif miftiehem.
L-UE tkompli ssaħħaħ ir-rabtiet tagħha mal-Islanda, inkluż fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli u t-tibdil fil-klima. In-negozjati għall-adeżjoni sejrin tajjeb.
It-Turkija teħtieġ tagħmel iżjed sforzi biex tissodisfa r-rekwiżiti politiċi u d-drittijiet fundamentali, inklużi dawk dwar il-libertà tal-espressjoni. Obbligi oħra jibqgħu prijorità, bħar-relazzjonijiet imtejba mar-Repubblika ta' Ċipru.
Dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja qed tistenna deċiżjoni mill-gvernijiet tal-UE dwar rakomandazzjoni tal-Kummissjoni biex jibdew taħdidiet tas-sħubija.
L-Albanija għandha tingħata l-istatus ta’ pajjiż kandidat meta l-pajjiż ilesti riformi ewlenin.
Il-Bożnja u Ħerzegovina għamlet progress limitat biex jintlaħqu kundizzjonijiet inizjali tal-UE.
Tnedew negozjati dwar l-adeżjoni mal-Montenegro u s-Serbja issa hija rikonoxxuta bħala pajjiż kandidat. Dan juri li ladarba jsiru r-riformi, l-UE iżżomm kelmitha.
In-negozjati mal-Kosovo (skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1244/99) fuq il-kummerċ u assistenza finanzjarja il-ftehim jista' jibda ladarba il-pajjiż jissodisfa r-rekwiżiti ewlenin.
Il-passi li jmiss
Il-gvernijiet tal-UE se jikkunsidraw ir-rakkomandazzjonijiet fil-laqgħa tagħhom ta' Diċembru 2012 u jieħdu d-deċiżjonijiet dwar kull pajjiż lejn is-sħubija. Sadanittant, il-Kummissjoni se tkompli tgħin lill-pajjiżi jagħmlu r-riformi meħtieġa.