Mogħdija tan-navigazzjoni

Għajnuna għall-Ewropej biex jgħinu lil ħaddieħor - 24/09/2012

Programm tal-UE li jħarreġ voluntiera għal proġetti ta’ għajnuna umanitarja madwar id-dinja u li jistabbilixxi standards.

Eluf ta' Ewropej diġà jaħdmu bħala voluntiera barra minn pajjiżhom, jgħinu lill-vittmi ta' diżastri u kriżijiet. Ħafna aktar jixtiequ jkunu involuti kieku jistgħu.

Il-Kummissjoni qed tipproponi mod English għall-Ewropej biex jgħinu fejn l-iktar li jkun hemm bżonn b'mod urġenti bit-twaqqif ta’ korp volontarju tal-UE għal għajnuna umanitarja. Il-programm ikun jipprovdi taħriġ prattiku, jistabbilixxi standards għall-ġestjoni tal-voluntiera u jqabbilhom ma' organizzazzjonijiet umanitarji.

Voluntiera mħarrġa għandhom iżidu l-impatt tal-għajnuna umanitarja tal-UE. L-istandards Ewropej ikollhom skema ta' ċertifikazzjoni, rikonoxxuta minn organizzazzjonijiet tal-għajnuna.

Madwar 10,000 Ewropew jista' jikseb taħriġ permezz tal-programm bejn l-2014 u l-2020. 10,000 ieħor jappoġġja lill-voluntiera b'ħidmiet li jista' jsir mid-dar fuq kompjuter.

Il-voluntiera jrid ikollhom 'il fuq minn 18 u jkunu ċittadini jew residenti fit-tul fl-UE jew f'pajjiżi Ewropej oħra parteċipanti.

Jistgħu jkunu qed ifittxu esperjenza fis-settur umanitarju, jew ikunu esperti jew ħaddiema rtirata b'ħiliet speċjalizzati. It-taħriġ u l-iskjerament ikun jiddependi fuq il-livell ta' esperjenza tagħhom.

L-UE tipprovdi wkoll taħriġ lil 7,000 persunal lokali u voluntiera f'pajjiżi li qed jiżviluppaw.

L-UE tiċċertifika l-organizzazzjonijiet li japplikaw l-istandards Ewropej għall-ġestjoni tal-voluntiera. L-organizzazzjonijiet jidentifikaw proġetti xierqa u japplikaw għall-għotjiet sabiex jużaw voluntiera tal-UE.

Ittestjar fil-qasam

Il-Kummissjoni ilha tipprepara l-bażi għas-servizz sa mill-2011 permezz ta' proġetti pilota Englishfrançais ffinanzjati mill-fergħa tagħha għall-Għajnuna Umanitarja (ECHO). L-idea tgawdi minn appoġġ pubbliku wiesa’ English .

Il-proġetti kienu qed jesploraw il-modi varji li bihom is-servizz jista' jagħmel l-aħjar użu mill-volontiera fil-qasam.

Attwalment hemm voluntiera Ewropej mħarrġa jaħdmu f'aktar minn 30 pajjiż. Wieħed minnhom huwa Aine Lynch English , li jaħdem f'Kurgan-Teppe, it-Taġikistan, bħala uffiċjal tal-edukazzjoni mas-Save the Children UK English . Oħra hija Olivia Defrene Englishfrançais , voluntiera mas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar Franċiża English fin-nazzjon ta' Vanuatu fil-Paċifiku.

It-tieni sessjoni ta' proġetti pilota beda jħarreġ il-voluntiera din is-sena.

Aktar dwar il-Korp Volontarju Ewropew Englishfrançais

Għidilna x'jidhirlek dwar il-korp volontarju English

Aktar dwar l-għajnuna umanitarja tal-UE Englishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli