Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-G8 impenjat għall-istabbiltà u t-tkabbir – il-Greċja għandha tibqa' fiż-żona tal-ewro - 23/05/2012

Il-logo tas-samit tal-G8 – tabella mdendla bil-kliem "Camp David, G8, 2012" © G8

Il-mexxejja tal-G8 jappoġġaw metodu ta' żewġ binarji ta’ stabbiltà u tkabbir ekonomiku globali biex iħeġġu l-irkupru u joħolqu impjiegi f'laqgħa tal-G8 li seħħet f'Camp David – 18 u 19 ta' Mejju.

Waqt diskussjoni sinċiera u bla kantunieri f'Camp David, il-mexxejja tal-G8 kollha qablu li għandhom jagħtu spinta fl-irkupru ekonomiku u l-ħolqien tal-fiduċja permezz tal-kontroll tal-finanzi pubbliċi, filwaqt li fl-istess ħin jittieħdu miżuri li jagħtu spinta lit-tkabbir.

Qalu wkoll li ewro b’saħħtu u koeżiv hu importanti għal l-istabbiltà globali u l-irkupru. Huma għarfu l-isforzi tal-UE biex jerġa jinkiseb it-tkabbir u esprimew ix-xewqa qawwija li jżommu il-Greċja fl-ewro, waqt li din tirrispetta l-obbligi tagħha.

Il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso u l-President tal-Kunsill Ewropew, Herman Van Rompuy rrappreżentaw l-UE fil-laqgħa.

“Dwar il-Greċja, huwa importanti li, flimkien mal-imsieħba tal-G8, ikkonfermajna mill-ġdid ix-xewqa qawwija li naraw lill-Greċja tibqa' fiż-żona tal-ewro, filwaqt li tirrispetta l-impenji li saru,” qalu fi stqarrija konġunta English .

Il-mexxejja tal-G8 qablu wkoll dwar azzjoni koordinata f'każ ta' tfixkil fil-provvista taż-żejt biex jiġu evitati skossi fl-ekonomija dinjija.

Riżultati importanti minn oqsma oħra ta' prijorità tad-diskussjonijiet dwar l-aġenda ta-laqgħa ta' jumejn jinkludu:

  • Alleanza ġdida għas-Sigurtà tal-Ikel u n-Nutrizzjoni English mnedija lejliet is-samit tal-G8, li tiġbor flimkien id-donaturi, il-pajjiżi msieħba u tas-settur privat fi sforz konġunt biex joħorġu 50 miljun persuna mill-faqar fl-għaxar snin li ġejjin.
  • it-tiġdid tal-impenn għas-Sħubija Deauville English mal-pajjiżi Għarab li permezz tagħha l-G8 qed jaħdem mal-pajjiżi fin-nofsinhar tal-Mediterran biex jappoġġja riforma ekonomika, gvern miftuħ, kummerċ u investiment.
  • ftehim biex jissieħbu mal-Koalizzjoni dwar il-Klima u l-Arja Nadifa għat-Tnaqqis tat-Tniġġis tal-Klima li ma jdumx, u appoġġ qawwi lejn l-adozzjoni ta' strument ta' azzjoni dwar il-klima sal-2015 li jkun jorbot legalment għall-partijiet kollha.

Il-mexxejja tal-G8 talbu lil-Gvern Sirjan u l-forzi tal-oppożizzjoni biex iħarsu l-pjan konġunt tal-paċi bejn l-NU u l-Lega Għarbija sabiex il-pajjiż ikun jista' jibda tranżizzjoni lejn id-demokrazija.

Il-G8 huwa grupp informali tal-ekonomiji avvanzati li jiltaqa' darba fis-sena biex jiddiskuti kwistjonijiet globali ta' tħassib reċiproku. Tipparteċipa l-UE – kif ukoll pajjiżi individwali tal-UE Franza, l-Italja, il-Ġermanja u r-Renju Unit.

Il-pajjiżi tal-G8 kollha huma wkoll membri tal-G20. Is-samit tal-G20 se jsir f'Los Cabos, il-Messiku x-xahar id-dieħel.

Aqra aktar fid-Dikjarazzjoni sħiħa ta' Camp David English

Aktar dwar l-UE fil-G8 DeutschEnglishfrançaisportuguês

Is-samit tal-G8 2012 English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli