Mogħdija tan-navigazzjoni

F'dawn l-aħħar għoxrin sena l-koordinazzjoni bejn il-pajjiżi membri kienet iktar effettiva, u l-għajnuna waslet iktar malajr lill-vittmi tad-diżastri u l-kunflitti madwar id-dinja.

Kemm jekk kien il-ġuħ fis-Somalja, il-kampijiet tar-refuġjati fl-eks Jugoslavja, it-terremot fil-Peru jew l-għargħar fil-Bangladexx – l-uffiċċju tal-Kummissjoni għall-għajnuna umanitarja, ECHO, ilu jipprovdi l-għajnuna mill-1992.

Inħoloq biex jgħin jikkoordina r-rispons tal-UE għall-kriżijiet internazzjonali, wara li fl-1991 ħareġ fid-dieher li l-UE kellha nuqqasijiet f'dan il-qasam.

Minn dakinhar, l-uffiċċju pprovda b'mod kontinwu rispons għall-kriżijiet billi wassal għajnuna bikrija lill-vittmi u salva iktar ħajjiet. Pereżempju, mill-2001 seta' jipprovdi sa €3 miljuni f'fondi ta' emerġenza fi żmien 48 siegħa.

Fl-2012, l-ambitu ta' ECHO twessa' biex jinkludi l-protezzjoni ċivili Englishfrançais għall-vittmi ta' diżastri fl-Ewropa.

U s-sena li għaddiet, l-uffiċċju nieda l-fażi pilota tal-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja Englishfrançais – fejn min irid jista' jinvolvi ruħu direttament biex jagħti l-għajnuna f'każ ta' diżastru.

Dawn l-attivitajiet kienu akkumpanjati b'żieda ta' tliet darbiet fl-ammont ta' għajnuna umanitarja mogħtija mill-UE, bil-baġit tas-sena l-oħra jilħaq biljun ewro.

Din iż-żieda tirrifletti wkoll l-għadd dejjem jikber ta' diżastri madwar id-dinja. Iżda turi wkoll l-impenn tal-UE biex tipprovdi iktar lil dawk li għandhom bżonn – pożizzjoni li jaqblu magħha madwar 80% tal-Ewropej, skont stħarriġ English reċenti.

L-ikbar donatur fid-dinja

ECHO tgħaddi l-għajnuna tal-UE minn madwar 200 organizzazzjoni għall-għajnuna umanitarja – inklużi aġenziji tan-NU u NGOs.

L-appoġġ jinkludi għajnuna immedjata ta' emerġenza – kura medika, ikel, ilma – u għajnuna iktar fit-tul għal dawk fil-kampijiet tar-refuġjati, bħal servizzi tas-sanità u skejjel.

Fl-2011, il-proġetti ffinanzjati mill-UE pprovdew għajnuna lil madwar 160,000 tifel u tifla li kienu qed jiffaċċaw il-ġuħ fir-reġjun Sahel fl-Afrika, kif ukoll il-vittmi tal-kriżijiet f'Ħaiti, il-Libja, il-Jemen u s-Somalja fost oħrajn.

L-UE hi l-ikbar donatur tal-għajnuna umanitarja fid-dinja. Flimkien mal-pajjiżi membri tagħha, l-UE tikkontribwixxi għal iktar min-nofs l-għajnuna dinjija uffiċjali.

Aktar informazzjoni dwar l-għajnuna umanitarja u l-protezzjoni ċivili Englishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli

  • EUROPA
  • Kamra tal-aħbarijietDeutschEnglishfrançais