Mogħdija tan-navigazzjoni

Appoġġ għan-nisa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw - 08/03/2012

Logo bil-kliem "Jum Internazzjonali tal-Mara" © EU

Il-jum internazzjonali tal-mara 2012 jagħraf kemm huma ta' importanza kbira n-nisa biex jintemmu l-ġuħ u l-faqar fil-komunitajiet rurali. L-UE tista' tgħin lin-nisa jieħdu s-setgħa biex ikollhom rwol aktar qawwi fl-iżvilupp tal-komunitajiet tagħhom.

L-UE hija impenjata favur l-ugwaljanza bejn is-sessi - kemm ġewwa kif ukoll barra l-fruntieri tagħha.

Li n-nisa jkollhom drittijiet politiċi, ċivili, ekonomiċi, soċjali u kulturali ugwali hija kwistjoni ta' ġustizzja, iżda hija wkoll essenzjali biex nagħtu spinta lill-iżvilupp u biex jitnaqqas il-faqar fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw.

Għaldaqstant l-ugwaljanzja bejn is-sessi hija waħda mill-għanijiet ta' żvilupp tal-millennju Englishespañolfrançais tan-NU – għanijiet biex ngħinu lil dawk l-aktar foqra tad-dinja u li l-UE tappoġġja.

Bħala t-tieni l-akbar donatur fid-dinja, l-UE turi l-valuri tagħha u l-impenn lejn l-ugwaljanza bl-aktar mod bażiku - permezz ta' kull proġett li tiffinanzja.

Fil-Messiku, l-UE għenet lill-gvern jirriforma s-sistema ta' ġustizzja, inkluż it-tisħiħ tal-liġijiet dwar il-vjolenza kontra n-nisa.

Fl-Indja, l-UE appoġġjat programm li jipprovdi edukazzjoni ta' kwalità għat-tfal kollha bejn is-6 u l-14-il sena. Dan l-appoġġ jinkludi għajnuna għall-bniet minn komunitajiet emarġinati biex jattendu skejjel residenzjali bla ħlas.

Il-ġlieda kontra l-mutilazzjoni tal-ġenitali

L-appoġġ tal-UE għen biex isalva eluf ta' bniet madwar id-dinja minn mutilazzjoni tal-ġenitali. Ta' kull sena jiġu mutilati madwar 3 miljuni.

L-UE qed taħdem mal-UNICEF biex tibdel in-normi soċjali billi jkun hemm taħdit u edukazzjoni tal-popli li jgħixu f'komunitajiet rurali fl-Eġittu, l-Eritrea, l-Etjopja, is-Senegal u s-Sudan.

Il-programm konġunt English (en) français (fr) wassal għal mijiet ta' komunitajiet lokali jħabbru li se jtemmu din it-tradizzjoni. Is-Senegal huwa qrib li jsir l-ewwel pajjiż fid-dinja li jagħmel dan.

L-UE u l-UNICEF jiffinanzjaw ukoll programm li jiskoraġġixxi ż-żwieġ tat-tfal fl-Indja, fejn dan huwa illegali. Fir-reġjuni aktar foqra pressjoni soċjali u ekonomika ġġiegħel bosta familji jmorru kontra l-liġi.

Bablu li tgħix f'raħal fl-istat Indjan ta' Rajasthan kellha 13 meta, taħt pressjoni mill-komunità lokali, il-familja tagħha qablu għal żwieġ bikri.

Madankollu il-programm tal-UE-UNICEF għen biex missier Bablu jaqbel li kien aħjar għall-familja tiegħu jekk iħalli lil bintu tkompli tistudja minflok.

"Ma ridtx niżżewweġ," qalet Bablu. "Ħsibt li ħajti se tkun imħassra kompletament."

Aktar tagħrif dwar l-UE u l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-għajnuna għall-iżvilupp English (en) français (fr)

L-UE u l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju English (en) español (es) français (fr)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli