Mogħdija tan-navigazzjoni

Mappa tad-dinja b'persuni sejrin kullimkien © iStock/Thomas Paschke

Il-metodu l-ġdid tal-migrazzjoni jistabbilixxi ftehimiet mal-ġirien tal-UE u pajjiżi oħra għal benefiċċju tan-nies u l-pajjiżi involuti.

Il-kooperazzjoni fil-migrazzjoni bejn l-UE u pajjiżi oħra diġà hija soda, imma tista' tittejjeb.

Il-ħtieġa għal koordinazzjoni aħjar dehret din is-sena meta mewġa ta' migranti waslu max-xtut tal-UE waqt ir-rebbiegħa Għarbija. Dawn kienu wisq numerużi għall-pajjiżi li leqgħuhom.

L-influss għal għarrieda wassal għal proposti English dwar metodu komprensiv tal-migrazzjoni. Wara dawn il-Kummissjoni issa ħarġet bi proposta għal politika aktar strateġika English dwar il-migrazzjoni u l-mobbiltà, waħda li tkun ta' benefiċċju għall-UE, għall-pajjiżi minn fejn jiġu l-migranti u għall-migranti nfushom.

Il-pjan jirrikjedi kooperazzjoni aktar mill-qrib ma' pajjiżi barra l-UE biex isir l-aħjar użu minn dawn il-benefiċċji. Il-pajjiżi ifqar għandhom jibbenefikaw mill-migrazzjoni f'żewġ modi - mill-flus li l-migranti jibagħtu lura f'pajjiżhom, u mit-trasferiment tal-esperjenza u l-innovazzjoni.

L-UE għandha taħdem ukoll mill-qrib mal-pajjiżi barra l-UE biex tiżgura li r-refuġjati u l-persuni spustati jkunu mħarsa bi sħiħ skont il-liġi internazzjonali.

Il-pjan għandu jindirizza wkoll il-bżonn tal-UE għal kontrolli effettivi fil-fruntieri biex titnaqqas il-migrazzjoni illegali, titħeġġeġ il-migrazzjoni legali, u jitħarsu aħjar il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin.

Tikkoordina l-miżuri dwar il-migrazzjoni u l-mobbiltà mal-politiki tal-UE dwar ir-relazzjonijiet esterni, il-kooperazzjoni tal-iżvilupp, l-edukazzjoni, l-iżvilupp u l-ħolqien tal-impjiegi.

Migrazzjoni legali aktar faċli

L-UE qed tippjana li tagħti fokus aktar qawwi lill-migrazzjoni legali u l-politiki tal-viża għall-viżitaturi li ma jdumux wisq, għat-turisti, l-istudenti, ir-riċerkaturi, in-nies tan-negozju u l-familji. L-UE għandha toffri li tiffaċilita jew tneħħi r-restrizzjonijiet tal-viża meta pajjiżi msieħba jiksbu livelli miftiehma, inklużi f'oqsma bħall-migrazzjoni, il-kenn u l-ġestjoni tal-fruntieri.

L-Ewropa teħtieġ ħaddiema barranin biex tiżgura l-prosperità. Pereżempju, huwa kkalkulat li sal-2020 fis-settur tas-saħħa biss se jkun hemm nuqqas ta' madwar miljun professjonist. Il-migranti jistgħu jgħinu biex dawn l-impjiegi u oħrajn jimtlew.

Skont il-pjan, l-UE għandha tkompli tiffoka fuq il-ħolqien ta' sħubijiet mal-pajjiżi ġirien, dawk tal-Afrika u tal-Lvant.

Is-sħubijiet tal-migrazzjoni jiġu l-ewwel nett offruti lill-ġirien diretti, inklużi t-Tuniżija, il-Marokk u l-Eġittu.

Dawn il-ftehimiet għandhom jiżguraw li l-migrazzjoni legali tkun organizzata tajjeb, jiżguraw li jiġu meħudha miżuri effettivi u umani biex tiġi evitata l-migrazzjoni irregolari, u jiġu msaħħa l-benefiċċji għal kulħadd.

Għal pajjiżi oħra, il-Kummissjoni qed tipproponi żieda fil-livell tal-kooperazzjoni, bbażata fuq għadd ta' għanijiet komuni.

Il-portal elettroniku tal-immigrazzjoni tal-UE Englishfrançais

Aktar dwar il-migrazzjoni u l-mobbiltà English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli