Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-pjan tal-G20 għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi - 07/11/2011

Il-logo tas-samit tal-G20 - simbolu tat-torri Eiffel u t-test "G20 France 2011" © G20

L-ekonomiji ewlenin tad-dinja jwiegħdu li jikkoordinaw l-isforzi biex jerġa' jiġi ġġenerat it-tkabbir ekonomiku, jiżdied l-impjieg u jiġu rregolati s-swieq finanzjarji.

Il-pajjiżi tal-G20 qablu dwar pakkett ta' miżuri English biex jerġa' jiġi ġġenerat it-tkabbir ekonomiku fil-laqgħa tagħhom f'Cannes, Franza, fit-3 u l-4 ta' Novembru.

Bosta miżuri, inklużi l-impenji biex il-baġits ikunu bilanċjati u biex jitjiebu l-ekonomiji nazzjonali, kienu proposti mill-UE. Skont dawn l-isforzi, il-G20 laqgħu il-pjan English taż-żona ewro biex isolvu l-kriżi tad-dejn li qed tolqot wħud mill-membri tagħha.

Il-pajjiżi tal-G20 se jsaħħu l-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-qgħad fuq perjodu ta' żmien twil u l-effetti tal-globalizzazzjoni fuq il-ħaddiema.

Iktar kummerċ

Iż-żieda fil-kummerċ internazzjonali hu kruċjali għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi. Il-mexxejja tal-G20 ħeġġew iktar kooperazzjoni biex jonqsu l-ostakoli għall-kummerċ u jiġi evitat il-protezzjoniżmu. Iridu rwol iktar b'saħħtu għall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ biex issolvi t-tilwim bejn il-pajjiżi.

Saħqu wkoll fuq xi pajjiżi biex ma jissettjawx ir-rati tal-kambju tagħhom f'livell baxx biex iżidu l-esportazzjonijiet tagħhom b'mod inġust.

Il-prevenzjoni tal-kriżi

Ir-riforma tas-suq finanzjarju u l-protezzjoni tal-investuturi kienu wkoll kwistjonijiet importanti fuq l-aġenda. Il-prijoritajiet jinkludu iktar sorveljanza fuq il-kummerċ tad-derivattivi u t-tnaqqis tar-riskju li l-banek ifallu.

L-istituzzjonijiet il-kbar bi rwoli importanti fis-sistema finanzjarja dinjija se jkunu sorveljati iktar. Il-pajjiżi tal-G20 qed jipproponu li jirregolaw l-attivitajiet ta' stil bankarju li jsiru minn kumpaniji ta' investiment, assiguraturi u oħrajn.

Bħala parti mill-isforz biex jonqos ir-riskju sistematiku għall-ekonomija dinjija, il-pajjiżi tal-G20 lesti li jagħtu iktar riżorsi lill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI). Il-programmi ġodda ta' finanzjament għandhom jintużaw aħjar biex jappoġġaw il-pajjiżi f'diffikultà ekonomika.

It-tnaqqis tal-faqar

Il-mexxejja tal-G20 sejħu lill-gvernijiet biex jimxu mal-impenji tagħhom għall-għajnuna għall-iżvilupp, is-sigurtà tal-ikel u t-tibdil fil-klima. Qablu li, maż-żmien, għandhom jinstabu sorsi ġodda ta' finanzjament biex jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Wieħed mis-sorsi jista' jkun it-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji dinjin, proposta mill-Kummissjoni u appoġġata minn Franza, li ospitat il-laqgħa tal-G20.

Miżuri oħrajn għandhom jipprovdu iktar fondi għar-riċerka agrikola u jistabilizzaw il-prezzijiet tal-ikel, speċjalment għall-pajjiżi bi dħul baxx.

Aktar informazzjoni dwar il-pożizzjonijiet tal-UE fil-G20 DeutschEnglishfrançaisportuguês

Aktar informazzjoni dwar il-G20 English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli