Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-prijoritajiet tal-UE għas-samit tal-G20 - 31/10/2011

Logo tas-samit tal-G20 - simbolu tat-torri Eiffel u l-kitba "G20 Franza 2011" © G20

L-UE se titlob sabiex l-ekonomiji ewlenin tad-dinja jaddottaw pjan li jerġa' jsaħħaħ it-tkabbir globali, jirriforma s-swieq finanzjarji u jagħti spinta lill-kummerċ internazzjonali.

Waqt il-laqgħa tal-G20, li se ssir f'Cannes, fi Franza nhar it-3 u l-4 ta' Novembru, l-UE se ssostni li l-pajjiżi kollha għandhom jagħtu s-sehem tagħhom f'dan il-pjan.

Il-blokk ta l-eżempju permezz tal-koordinazzjoni tar-rispons tiegħu English għall-kriżi ekonomika u l-problemi tad-dejn li affettwaw li xi wħud mill-pajjiżi membri tiegħu.

Issa se jitlob lill-pajjiżi tal-G20 sabiex iħeġġu t-tkabbir u jindirizzaw l-iżbilanċ ekonomiku billi jirriformaw il-baġits tagħhom, isaħħu l-ekonomiji nazzjonali tagħhom u joħolqu r-rati tal-kambju tal-flus tagħhom fuq livell aktar ġust.

Il-G20 għandhom iħaffu l-pass fir-riformi tas-swieq finanzjarji tagħhom. Fost il-prijoritajiet insibu li hemm bżonn li jirregolaw aħjar il-kummerċ tad-derivattivi u li jnaqqsu r-riskju li l-banek ifallu.

U hemm bżonn ta' aktar miżuri sabiex nirregolaw aħjar il-kumpaniji finanzjarji ewlenin tad-dinja u l-attivitajiet simili għal dawk li jsiru mill-banek magħmula minn kumpaniji tal-investiment, tal-assigurazzjoni u oħrajn.

Il-ftehim fuq sett wieħed ta' standards globali tal-kontabilità għandu jagħti ċ-ċans li r-regolaturi josservaw il-kumpaniji multinazzjonali b'mod aktar effettiv.

Iżjed riżorsi fil-Fond Monetarju Internazzjonali għandhom jgħinu sabiex jingħata appoġġ aħjar lill-pajjiżi f'diffikultà ekonomika.

Waqt il-laqgħa, l-UE se tippreżenta wkoll proposta għal taxxa globali fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji. Din il-proposta għandha l-għan li tiżgura li s-settur finanzjarju jagħti kontribuzzjoni ġusta lis-soċjetà.

Iżjed kummerċ, inqas protezzjoniżmu

L-iżjed mod effettiv sabiex insostnu t-tkabbir globali u l-ħolqien tal-impjiegi hu billi nsaħħu l-kummerċ. Madankollu, ħafna pajjiżi qegħdin jibqgħu jużaw miżuri ta' protezzjoniżmu, u b'hekk jagħtu vantaġġ inġust lill-industrija tagħhom fuq ta' ħaddieħor.

L-UE se taħdem favur in-negozjati li jsiru permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ sabiex telimina dawn l-ostakli, speċjalment dawk li jagħmlu ħsara lill-pajjiżi l-inqas żviluppati tad-dinja.

Hemm bżonn ukoll li l-pajjiżi jiżguraw suq globali u sistema ta' kummerċ miftuħ għall-materja prima li tkun ġusta, sostenibbli u trasparenti.

Il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika globali għandha tiffoka fuq l-impjiegi u t-tnaqqis tal-faqar. Il-pajjiżi għandhom iżommu l-wegħdiet tagħhom għall-għajnuna fl-iżvilupp, is-sikurezza tal-ikel u t-tibdil fil-klima.

Il-president tal-Kummissjoni José Manuel Barroso u l-President tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy se jirrappreżentaw l-UE f'Cannes.

Iktar dwar il-pożizzjonijiet tal-UE fil-G20 DeutschEnglishfrançaisportuguês

Segwi l-laqgħa tal-G20 Englishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli