Mogħdija tan-navigazzjoni

Nistabilixxu għanijiet globali waqt is-samit tal-G8 - 30/05/2011

Logo tas-samit tal-G8 - it-torri Eiffel u l-kitba "G8 Franza 2011" © G8

Il-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq, is-sigurtà nukleari u l-irkupru ekonomiku kienu l-kwistjonijet ewlenin fuq l-aġenda waqt il-laqgħa tal-mexxejja tal-G8 f'Deauville, Franza fis-26 u s-27 ta' Mejju.

Il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso u l-President tal-Kunsill Ewropew, Herman Van Rompuy, kienu hemm biex jirrappreżentaw l-UE.

Kwistjonijiet oħra fid-diskussjoni - is-sħubija tal-G9 mal-Afrika, l-ambjent, il-paċi u s-sigurtà u - għall-ewwel darba - l-impatt soċjoekonomiku tal-Internet.

L-UE waslet f'Deauville bi prijoritajiet ċari. Fl-għeluq tas-samit, kien hemm impenji sodi li l-imsieħba tal-G8 se jagħmlu l-istess sforzi.

Appoġġ għal tranżizzjoni demokratika

Fis-Sħubija l-ġdida ta' Deauville English , il-pajjiżi tal-G8 se jaħdmu mal-imsieħba fin-Nofsinhar tal-Mediterran biex iniedu riforma politika u ekonomika. Barra minn hekk, l-UE se tagħti appoġġ permezz tal-Isħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Kondiviża DeutschEnglishfrançaisportuguês .

Il-pajjiżi tal-G8 u l-banek tal-iżvilupp multilaterali wiegħdu $20bn bħala finanzjament għar-riforma demokratika, u l-UE offriet fondi ġodda - €1.24bn addizjonali f'għotjiet bejn issa u l-2013 - bħala parti mill-politika tal-viċinat DeutschEnglishfrançais imtejba.

Il-promozzjoni ta' livelli ta' sigurtà għall-enerġija nukleari

Il-G8 approvat is-sejħa tal-UE għal simulazzjonijiet ta' kriżi (stress tests) fuq l-impjanti tal-eneġija madwar id-dinja bħala parti mir-reviżjoni tal-livelli internazzjonali tas-sigurtà. Fl-UE hawn 143 impjant tal-enerġija nukleari. Dawn kollha se jgħaddu minn simulazzjonijiet ta' kriżi minn Ġunju 'l quddiem.

It-tisħiħ tar-relazzjonijiet mal-Afrika

L-ewwel dikjarazzjoni konġunta English li qatt saret dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza demokratika u l-iżvilupp sostenibbli mal-mexxejja Afrikani tirrifletti x-xewqa tal-UE għal sħubija bbażata fuq it-trasparenza u r-responsabbiltà reċiproka. Il-Kummissjoni se tressaq proposti leġiżlattivi f'Ottubru li jobbligaw lill-kumpaniji jippubblikaw informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħhom fil-pajjiżi Afrikani.

It-titjib tal-multilateraliżmu u t-tfassil tal-politika globali

L-imsieħba tal-G8 qablu mad-deċiżjoni tal-UE li għandhom jissaħħu s-sistemi multilaterali u jiġi liberalizzat il-kummerċ ħieles skont il-mandat ta' Doha 2001 tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, li titlob ftehim għal kummerċ globali ġust.

Mibdi fl-1975, il-G8 huwa grupp informali ta' ekonomiji avvanzati li jiltaqa' darba fis-sena biex jiddiskuti kwistjonijiet ta' tħassib reċiproku jew dinji. L-UE tipparteċipa - kif ukoll dawn il-pajjiżi individwali tal-UE: Franza, l-Italja, il-Ġermanja u r-Renju Unit.

President Barroso’s speech English

Joint statement by European Council President Van Rompuy and European Commission President Barroso English

Aktar dwar l-UE fil-G8 DeutschEnglishfrançaisportuguês

Samit tal-G8 2011 English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli