Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE tkompli tappoġġja lill-vittmi tal-mini tal-art - 04/04/2011

Żewġt itfal vittmi tal-mini tal-art © EU

Ta' kull sena 10,000 ruħ jitilfu ħajjithom minħabba mini tal-art. Ħafna aktar isofru ġrieħi permanenti jew jitilfu lil xi ħadd maħbub. Parti kbira ta' dawk li jmutu jew ikorru huma nies pajżana, inklużi nisa u tfal.

Minkejja l-isforzi internazzjonali biex jitnaqqas l-impatt ikkawżat mill-mini tal-art madwar id-dinja, madwar 65 pajjiż xorta għadhom affettwati b'dan jew tip ieħor ta' apparat mhux splodut.

L-UE ħadet kemm impenn politiku kif ukoll finanzjarju għal din il-kampanja internazzjonali. Sa mill-bidu tal-kampanja fl-1997, l-UE appoġġjat l-għan ġenerali tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Mini (Konvenzjoni ta' Ottawa).

Finanzjarjament, l-UE u l-pajjiżi membri tagħha ntrabtu li jħallsu €1.8 biljun għall-appoġġ tal-Konvenzjoni bejn l-2002 u l-2009. Mis-somma tal-Unjoni, madwar 44 pajjiż ħadu aktar minn €300 miljun bejniethom tul l-istess żmien għat-tnaqqis tat-theddida li joħoldu l-mini tal-art u għall-għajnuna lill-vittmi.

Attwalment, l-UE qed tappoġġja proġetti bħal dawn li ġejjin:

  • Fl-Angola, l-għan ġenerali hu l-istabbiliment mill-ġdid tal-kundizzjonijiet minimi tal-għajxien, kif ukoll it-titjib tal-aċċess għal-żoni affettwati mill-mini u apparat mhux splodut ieħor
  • Fil-Bożnija u Ħerzegovina, l-attivitajiet jinkludu stħarriġ dwar it-tneħħija tal-mini kif ukoll il-finanzjament ta' tagħmir u t-taħriġ fiċ-Ċentru ta' Azzjoni kontra l-Mini ta' dak il-pajjiż.
  • Is-Sri Lanka qed tirċievi appoġġ għall-programmi tat-tneħħija tal-mini li għandhom eventwalment jippermettu li dawk il-persuni li kellhom jitilqu, jerġgħu lura

F'postijiet oħra, l-UE qed tikkontribwixxi fl-edukazzjoni dwar ir-riskju mill-mini kif ukoll fi programmi ta' għajnuna għall-vittmi.

Filwaqt li bosta pajjiżi jiddependu fuq din l-għajnuna fit-tul, l-UE hija kapaċi wkoll taġixxi malajr waqt u wara xi kunflitt biex tipparteċipa fl-operat tat-tneħħija tal-mini jew tipprovdi għajnuna immedjata lill-vittmi.

L-azzjoni kontra l-mini hija parti mill-istrumenti ta' għajnuna esterna tal-UE, u b'hekk hija element ewlieni fil-politiki kollha umanitarji u ta' żvilupp. Il-pajjiżi li jieħdu għajnuna mill-UE jintalbu wkoll biex jagħtu prijorità lill-azzjoni kontra l-mini. Dan jiżgura li l-programmi jkunu nazzjonali u jiżgura wkoll impatt fit-tul.

Aktar dwar it-tmiem tal-użu tal-mini tal-art English

L-4 ta' April - Jum Internazzjonali tan-NU għall-Għarfien dwar il-Mini u l-Assistenza f'Azzjoni kontra l-Mini Englishespañolfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli