Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-bandiera tal-UE magħquda djagonalment mal-bandiera tal-Ġappun © EU

L-UE twieġeb malajr għas-sejħa ta' għajnuna mill-Ġappun filwaqt li l-pajjiż qed jissielet mal-konsegwenzi tat-terremot u tat-tsunami fil-11 ta' Marzu, inkluża l-kriżi fi wħud mill-impjanti nukleari tiegħu.

Fil-15 ta' Marzu l-Ġappun talab lill-UE għall-għajnuna minħabba l-kriżi umanitarja li qed tiżvolġi - mijiet ta' eluf ta' persuni jinsabu fil-bżonn immedjat ta' kura medika, kenn u ikel wara t-terremot u t-tsunami li qerdu għal kollox il-kosta tal-grigal tal-pajjiż.

L-UE attivat is-sistema ta' respons ta' emerġenza English tagħha li tgħin 27 pajjiż membru tagħha jikkoordinaw l-għajnuna meta jinqalgħu kriżijiet domestiċi u internazzjonali.

Dan wassal għal offerti minn diversi pajjiżi biex tingħata għajnuna lill-Ġappun għat-talba tiegħu ta' kutri, saqqijiet, fliexken tal-ilma, tankijiet, u unitajiet ta' purifikazzjoni.

L-UE qed tipprovdi għajnuna addizzjonali, bħalma huma:

  • it-twaqqif ta' skambju ta' informazzjoni onlajn English għaċ-ċittadini tal-UE milqutin mit-terremot
  • it-tlaqqigħ flimkien ta' grupp ta' 10 esperti li huma lesti biex imorru l-Ġappun biex jikkoordinaw l-għajnuna tal-UE - appoġġati minn speċjalisti fir-radjoloġija, fit-teknoloġija nukleari u f'oqsma tekniċi oħrajn.
  • l-ibgħit ta' espert umanitarju biex jgħin tim u uffiċjal ta' kollegament tan-NU biex jikkoordina l-komunikazzjoni mal-Gvern Ġappuniż.

Kriżi fl-impjant tal-enerġija nukleari

Il-kriżi fl-impjanti tal-enerġija nukleari tal-Ġappun qed tkun sorveljata mill-qrib. Il-Kummissjoni qed tingħata aġġornamenti regolari mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika.

Hi ltaqgħet ma' 27 awtorità nazzjonali tas-sikurezza nukleari tal-UE u mal-persuni inkarigati mill-bini u mit-tmexxija tal-impjanti tal-enerġija nukleari Ewropej. L-għan kien biex issir valutazzjoni tal-istat ta' preparament tal-UE biex twieġeb għall-problemi simili.

Il-Kummissjoni qed tippjana li tikkoordina testijiet ta' reżistenza tal-impjanti tal-enerġija nukleari kollha tal-UE biex tiżgura li dawn huma sikuri. L-UE se titlob lill-pajjiżi ġirien biex jimpenjaw ruħhom ħalli jwettqu testijiet ta' reżistenza simili.

Għal aktar għajnuna

L-UE qiegħda f'kuntatt kontinwu mal-Gvern tal-Ġappun biex tkun determinata l-għajnuna addizzjonali li hi tista' tipprovdi.

Aktar dwar ir-respons tal-UE għat-terremot tal-Ġappun English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli