Mogħdija tan-navigazzjoni

UE-Russja: lejn relazzjonijiet eqreb - 25/02/2011

Il-prim ministru Russu Vladimir Putin jieħu b'idejn il-president tal-Kummissjoni José Manuel Barroso © EU

L-enerġija, il-kummerċ u qafas ġdid għal aktar kooperazzjoni jiddominaw id-diskussjoni fil-laqgħa bejn il-Kummissjoni u l-Gvern Russu.

Relazzjoni politika u ekonomika stabbli u żgurata mar-Russja hi fil-qalba tal-politika tal-UE lejn il-ġar tal-lvant tagħha u hi kundizzjoni prinċipali biex tkun sigura l-istabbiltà fir-reġjun.

Il-laqgħa bejn il-Kummissjoni u l-Gvern tar-Russja li saret fi Brussell fl-24 ta' Frar kienet l-akbar waħda s'issa f'relazzjoni li qed tiżviluppa.

Żejt jew gass

Ir-Russja hi t-tielet l-akbar imsieħeb kummerċjli tal-UE, u l-UE hi l-akbar suq ta' esportazzjoni tar-Russja. Ir-Russja tissupplixxi terz taż-żejt mhux maħdum tal-UE u madwar kwart tal-gass tagħha.

Dan il-forniment hu kruċjali għall-ħtiġijiet tal-UE, iżda fil-passat ma kienx ta' min jogħqod fuqu. Għalhekk l-Ewropa għandha l-għan li tiżgura l-fornimenti tal-enerġija tagħha permezz tal-istrateġija tal-enerġija English tagħha, filwaqt li taħdem biex ikunu evitati interruzzjonijiet futuri li jaffettwaw lill-konsumaturi - bħalma ġara fl-2009.

Il-laqgħa wasslet għall-iffirmar ta' erba' ftehimiet ta' enerġija, inkluż aġġornament ta' ftehim preċedenti li kien jeħtieġ li r-Russja tavża lill-UE jekk il-fornimenti huma f'periklu li jkunu interrotti.

Lil hinn mill-kummerċ

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja jmorru lil hinn mill-kummerċ u l-enerġija. Mill-1991, l-UE pprovdiet madwar €2.8 biljun f'assistenza finanzjarja lir-Russja. Billi l-ekonomija tar-Russja qed tiżviluppa, l-UE għaddiet minn assistenza għal proġetti b'finanzjament parzjali mfasslin għal erba' oqsma ta' kooperazzjoni:

  • l-ekonomija u l-kummerċ - isaħħaħ l-investiment u l-kummerċ billi s-sistemi ekonomiċi u regolatorji jsiru aktar kompatibbli
  • il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja - ikopri l-ġustizzja u l-affarijiet interni, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem fir-Russja.
  • is-siġurtà esterna - jinkludi l-ġestjoni tal-kriżi u n-nonproliferazzjoni tal-armi nukleari u ta' armi oħrajn, u kooperazzjoni bilaterali u globali
  • ir-riċerka u l-edukazzjoni - ikopri l-innovazzjoni u l-kooperazzjoni kulturali

Attwalment, il-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Russja hi bbażata fuq ftehim li sar l-1997. Trattat ġdid qed ikun negozjat biex jestendi l-kooperazzjoni fil-kummerċ, l-investiment u l-enerġija.

Oqsma oħra ta' negozjar jinkludu safar mingħajr viża bejn l-UE u r-Russja, u l-appoġġ tal-UE għall-applikazzjoni tar-Russja biex tissieħeb mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Aktar dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja English
Relazzjonijiet għall-enerġija bejn l-UE u r-Russja English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli