Mogħdija tan-navigazzjoni

Għajnuna għall-iżvilupp iktar effettiva - 07/12/2010

Il-logo tal-Jiem Ewropej għall-Iżvilupp bil-link URL għal eudevdays.eu © EU

Il-Jiem Ewropej tal-Iżvilupp - forum annwali fejn tiġi deċiża strateġija tal-UE biex jiġi indirizzat il-faqar fid-dinja.

Kien hemm madwar 7000 persuna fil-Jiem Ewropej tal-Iżvilupp Englishfrançais (JEŻ) li saru fis-6 u s-7 ta' Diċembru fi Brussell. Iddiskutew kif jistgħu jwasslu l-għajnuna b'mod iktar effiċjenti u effettiv, jindirizzaw kwistjonijiet bħas-sigurtà tal-ikel, l-ilma, is-saħħa, l-edukazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, id-demokrazija, il-governanza tajba, u t-tkabbir ekonomiku u soċjali.

L-UE flimkien mal-pajjiżi membri tagħha, hi l-ikbar donatur tal-għajnuna fid-dinja, billi tikkontribwixxi iktar min-nofs il-flus użati biex jgħinu l-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Tistimola wkoll l-iżvilupp billi tiftaħ is-swieq tagħha għall-esportazzjonijiet u tinkuraġġixxi l-integrazzjoni ekonomika reġjonali.

Minkejja l-kriżi ekonomika, madwar 89% tal-Ewropej baqgħu jaħsbu li l-għajnuna għall-iżvilupp hi importanti, skont stħarriġ tal-2010 English . Madwar 50% qalu li l-UE għandha tirrispetta l-impenn tagħha li żżid l-għajnuna għal 0.7% tad-dħul gross nazzjonali sal-2015 u 14% qalu li l-UE għandha saħansitra tagħti iktar għajnuna.

Il-forum ta' din is-sena ffoka wkoll fuq il-bżonnijiet speċjali tal-pajjiżi l-inqas żviluppati fid-dinja, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-problema tal-mediċini foloz.

Bord tal-JEŻ eżamina l-vantaġġ li jitqiesu d-drittijiet tat-tfal fil-politika tal-iżvilupp. Seminar relatat dwar l-iskambju tal-aħjar prassi eżamina t-talba tat-tfal li jaħdmu fl-industrija tal-kawkaw.

Bord ieħor ikkonċentra fuq l-evoluzzjoni tal-politika tal-iżvilupp tal-UE u r-rwol tagħha fl-appoġġ tad-demokrazija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Saru diskussjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-faqar permezz tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, flimkien ma' dibattitu dwar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali.

Il-Kummissjoni ddiskutiet inizjattiva futura tal-UE biex jitjieb l-aċċess għall-enerġija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-isforzi tal-UE biex jintlaħqu l-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennju tan-NU li ffissaw sett ta' għanijiet globali biex jonqos il-faqar sal-2015.

Ġew ippubblikati diversi rapporti u studji mill-forum, inkluż Rapport Ewropew tal-2010 dwar l-Iżvilupp English .

Aktar tagħrif dwar l-UE u l-għajnuna għall-iżvilupp Englishfrançais
EuropeAid

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli