Mogħdija tan-navigazzjoni

Tkabbir - qagħda attwali - 11/11/2010

L-istrateġija tat-tkabbir 2010 u l-valutazzjonijiet tal-progress lejn is-sħubija mal-UE tal-Kroazja, l-Islanda, it-Turkija, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Albanija, il-Bosnja-Ħerżegovina, il-Montenegro, is-Serbja u l-Kosovo.

It-tkabbir għadu prijorità politika għall-UE u s-27 pajjiż membru tagħha. Tkabbir kontinwu jsaħħaħ is-sigurtà tal-Ewropa, il-paċi, it-tkabbir ekonomiku u l-importanza politika tal-UE.

Ir-rapport tal-UE dwar l-istrateġija tat-tkabbir, li jkopri l-Balkani tal-Punent, l-Islanda u t-Turkija, jivvaluta l-qagħda attwali u kif il-kandidati jistgħu jiġu megħjuna biex jilħqu r-riformi meħtieġa għall-adeżjoni.

L-UE allokat €11.6 biljun ghall-perjodu 2007-13 biex tappoġġa l-proċess ta' tħejjija. Il-benefiċċji diġà jinkludu aċċess ħieles għas-suq uniku tal-UE għall-parti kbira tal-esportazzjonijiet - essenzjali għall-pajjiżi li qed jitħabtu biex jirkupraw mill-effetti tal-kriżi ekonomika globali.

Għad hemm sfidi ewlenin, bħat-titjib ta' standards legali, l-amministrazzjoni pubblika, il-libertà tal-espressjoni u kundizzjonijiet għal gruppi esklużi mis-soċjetà.

Il-pajjiżi li ffurmaw wara l-isfaxxar tal-Jugoslavja wkoll għandhom bżonn isolvu kwistjonijiet li ġejjin mill-kunflitti li għadhom assedjati bihom.

Rigward il-Montenegro, il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Kunsill għandu jagħtih status ta' pajjiż kandidat. Għandhom jibdew in-negozjati ta' adeżjoni tal-UE ladarba l-pajjiż jikseb il-livell neċessarju ta' konformità mal-kriterji tas-sħubija. F'dan ir-rigward, il-pajjiż jeħtieġ jilħaq għadd ta' prijoritajiet ewlenin.

Il-Kummissjoni tqis li n-negozjati ta' adeżjoni tal-UE għandhom jibdew mal-Albanija ladarba l-pajjiż jikseb il-livell neċessarju ta' konformità mal-kriterji tas-sħubija. F'dan ir-rigward, il-pajjiż jeħtieġ li jilħaq għadd ta' prijoritajiet ewlenin.

Sadattant, il-Kroazja riesqa lejn il-fażi finali ta' adeżjoni iżda għad għandha tilħaq standards fir-rigward tal-indipendenza ġudizzjarja u d-drittijiet fundamentali.

Dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja qed tistenna deċiżjoni mill-gvernijiet tal-UE dwar jekk għandhomx jibdew it-taħdidiet għall-adeżjoni.

Is-Serbja applikat għas-sħubija mal-UE f'Diċembru 2009. Ix-xahar li għadda, il-gvernijiet tal-UE talbu lill-Kummissjoni biex tissottometti opinjoni dwar l-applikazzjoni.

Dwar il-Bosnja-Ħerżegovina, il-Kummissjoni uriet tħassib dwar il-progress kajman fl-adozzjoni tal-bosta riformi li huma essenzjali għall-progress tagħha lejn l-UE. Enfasizzat ukoll il-perspettiva Ewropea tal-Kosovo u saħqet fuq il-volontà tagħha li tgħin fl-isfidi tekniċi u leġiżlattivi li t-territorju għadu jiffaċċja.

It-Turkija ġiet informata li l-progress kajman tagħha fin-negozjati ta' adeżjoni se jaqbdu ritmu iktar mgħaġġel ladarba u meta tikkonforma mal-obbligi taħt l-Unjoni Doganali Englishfrançais mal-UE, speċifikament billi tiftaħ il-portijiet u l-ajruporti tagħha għat-traffiku mir-Repubblika ta' Ċipru.

L-Islanda, li fetħet it-taħdidiet ta' adeżjoni mal-UE din is-sena, għandha l-vantaġġ li hi membru taż-Żona Ekonomika Ewropea u hi parti fil-ftehim ta' Schengen.

Aktar tagħrif dwar it-tkabbir tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli