Mogħdija tan-navigazzjoni

Respons f'waqtu għad-diżastri f'pajjiżna u fid-dinja - 26/10/2010

Grupp ta' nies tal-post u volontarji © EU/ECHO/Malini Morzaria

Hekk kif l-għadd u l-gravità tad-diżastri madwar id-dinja jkomplu jiżdiedu, l-intenzjonijiet tajba għandhom jinbidlu f'azzjoni f'waqtha u effettiva li ssalva l-ħajja u tħaffef l-irkupru.

Diżastri reċenti urew li s-sistema tal-UE attwali ta' respons għall-emerġenzi taħdem tajjeb, iżda tista' titjieb. Strateġija ġdida English għandha l-għan li telimina l-problemi attwali u tuża r-riżorsi tal-unjoni bl-aħjar mod.

It-tibdil fil-klima, iż-żieda fil-popolazzjoni u ż-żieda fl-attività industrijali wasslu għal żieda fl-għadd ta' diżastri rrappurtati kull sena f'dawn l-aħħar 20 sena, u jidher li din ix-xejra se tkompli.

Fi żmienijiet ta' kriżi, iċ-Ċentru ta' Informazzjoni u Monitoraġġ (MIC) English tal-UE jaħdem bħala l-punt ta' komunikazzjoni u koordinazzjoni minn fejn il-pajjiżi jistgħu jieħdu għajnuna. Dan il-punt ċentrali jiżgura li l-bżonnijiet tal-pajjiżi effettwati jitlaħqu bir-riżorsi u l-kompetenzi disponibbli.

Madanakollu, s'issa, ir-respons kien ibbażat fuq offerti minn pajjiżi tal-UE individwali meta jseħħ xi diżastru. L-istrateġija l-ġdida hija mfassla biex tiżgura li dejjem ikun hemm timijiet tal-emerġenza - b'tagħmir bħal sptarijiet mobbli u ajruplani li jiġġieldu n-nirien fil-foresti - lesti għal li jista' jinqala', kapaċi li jintużaw malajr. B'hekk nies f'diffikultà jintlaħqu iktar malajr meta jseħħ xi diżastru f'reġjun jew pajjiż.

L-istrateġija tgħaqqad ukoll ir-riżorsi ċivili tal-UE għad-diżastri ma' dawk internazzjonali biex toħloq respons iktar ikkoordinat. Iċ-Ċentru Ewropew ta' Respons għall-Emerġenza se jaħdem mill-qrib ma' organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti, is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar u l-NGOs.

L-istrateġija għandha l-għan ukoll li tqajjem il-kuxjenza fil-pubbliku inġenerali tal-ħidma tal-UE f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza - naturali jew magħmulin mill-bniedem - kemm fl-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja, billi 80% taċ-ċittadini jaħsbu li l-UE għandha tgħin meta jseħħ xi diżastru (skont stħarriġ English madwar l-UE).

Din is-sena, il-pajjiżi ngħaqdu biex jipprovdu kura medika u kenn lill-vittmi tal-għargħar fil-Pakistan. Fl-Ewropa stess, fl-Lulju, il-Portugall talab tagħmir biex jiġġieled in-nirien fil-foresta. Iktar reċenti, tim ta' esperti għinu lill-Ungerija biex tistudja kif se tnaddaf l-art u x-xmajjar effettwati mit-tnixxija tat-tajn tossiku.

Iktar dwar l-għajnuna umanitarja u l-protezzjoni ċivili Englishfrançais

Iktar dwar ir-respons tal-UE għad-diżastri English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli