Mogħdija tan-navigazzjoni

Is-superstiti tal-għargħar fil-Pakistan jiffaċċaw ir-riskju tal-epidemiji - 30/08/2010

Kristalina Georgieva tiltaqa' mal-vittmi tal-għargħar fil-Pakistan © EU

Il-mard li jinġarr mill-ilma qed jinfirex malajr fost is-superstiti tal-għargħar fil-Pakistan, u dan jippreżenta theddida ta' epidemiji, wissiet il-Kummissarju tal-UE għall-għajnuna umanitarja mal-wasla tagħha mill-pajjiż.

Il-Kummissarju Kristalina Georgieva ltaqgħet ma' uffiċjali Pakistani, ħaddiema li jagħtu l-għajnuna u vittmi tal-għargħar fiż-żjara ta' jumejn tagħha. Iddeskriviet il-ħerba bħala "terribbli" u qalet li tikkonċerna żona ħames darbiet ikbar mill-Belġju.

"Ninsab inkwetata ħafna dwar l-epidemiji", qalet is-Sinjura Georgieva f'konferenza tal-aħbarijiet, u għamlet referenza għaż-żieda allarmanti fil-każijiet ta' mard li jinġarr mill-ilma f'dawn l-aħħar jiem. Il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE għandhom jiddiskutu strateġija ta' rispons meta jiltaqgħu l-ġimgħa d-dieħla.

L-għargħar rekord tal-monsoon ħalla bejn 1500 u 2000 vittma, ġarr iktar minn miljun dar u qered madwar 3.4 miljun ettaru ta' uċuħ tar-raba'. B'kollox, intlaqtu madwar 17-il miljun persuna.

Il-pajjiżi tal-UE wegħdu €230 miljun f'għajnuna ta' emerġenza - inkluż €70 miljun ta' fondi tal-UE - ammont li jirrappreżenta iktar min-nofs il-mira ta' għajnuna inizjali tan-NU.

Il-Pakistan se jkollu bżonn tal-għajnuna għar-rikostruzzjoni - iżda għadu mhux ċar kemm. Islamabad se jorganizza konferenza tad-donaturi iktar tard din is-sena.

 

Aktar dwar l-għajnuna tal-UE lill-Pakistan. Englishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli