Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Expo Dinjija ta' Shanghai 2010 tkompli timpressjoni lill-viżitaturi - 05/08/2010

Il-paviljun tal-UE fl-Expo Dinjija ta' Shanghai 2010 © EU

L-UE teżibixxi l-aħħar teknoloġiji għal bliet sostenibbli.

Fl-ewwel tliet xhur l-Expo Dinjija Englishfrançais , li qed turi kif jista' jkun hemm żvilupp urban sostenibbli, diġà ġibdet madwar 37 miljun viżitatur. Fil-fatt, l-Expo qed tippreżenta viżjoni tal-futur għal dawk li jgħixu fl-ibliet - jiġifieri għal parti kbira sew tal-umanità: fid-dinja madwar nofs il-popolazzjoni tgħix fl-ibliet, u kull ma' jmur dan l-għadd qed jiżdied.

S'issa, ta' kuljum, madwar 30,000 persuna qed iżuru l-paviljun tal-UE, li għall-ewwel darba pparteċipat f'Expo barra l-Ewropa, biex jiskopru l-ideat Ewropej dwar l-ibliet sostenibbli tal-futur. It-tema ġenerali tal-Expo hi: "belt aħjar - ħajja aħjar".

Huma mistennija iktar minn 5 miljun ruħ fil-paviljun Belġju-UE English fejn hemm animazzjoni 3D dwar "Ewropa ambjentali" li turi l-inizjattivi tal-UE favur il-ħarsien tal-klima u tal-ambjenti urbani.

Il-Kummissarju għall-Kummerċ Karel De Gucht saħaq fuq l-importanza tan-negozju fl-iktar teknoloġiji ambjentali avvanzati meta żar l-Expo għal "Jiem in-Negozju" fl-aħħar ta' Lulju. Iċ-Ċina tirrappreżenta s-suq tal-esportazzjoni lejn l-Ewropa li qed jikber l-iktar malajr, b'importazzjoni ta' prodotti b'valur ta' €82 biljun fl-2009.

"Ewropa iktar ambjentali għal dinja ambjentali" se tkun it-tema ta' laqgħa bejn l-esperti Ewropej u Ċiniżi f'Settembru. Fost is-suġġetti li se jiddiskutu nsibu ż-żieda fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp urban.

Matul it-tliet xhur li ġejjin, minbarra l-attrazzjoni ewlenija ddedikata għall-futur tal-ibliet tagħna, il-viżitaturi se jkunu jistgħu japprezzaw iktar mill-qrib il-kultura Ewropea. Fil-bidu ta' Settembru, il-viżitaturi tal-paviljun tal-UE se jkunu jistgħu jaraw opra fil-festival Ewropew tal-opra. Imbagħad, fil-bidu ta' Ottubru, artisti żgħażagħ mill-Ewropa kollha se jittrasformaw iż-żona Ewropea f'palk miftuħ, matul il-lejla Ewropea ddedikata għall-arti.

U ma nistgħux ninsew il-futbol. Matul it-Tazza tad-Dinja, il-logħob intwera f'xandira diretta quddiem il-paviljun Belġju-UE. Fl-aħħar ta' Settembru, il-president tal-UEFA u l-patrun tal-paviljun Michel Platini se jkun qed jiġbed il-folol lejn il-paviljun tal-UE għall-festival Ewropew tal-futbol.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli