Mogħdija tan-navigazzjoni

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiżi tal-viċinat fit-triq it-tajba - 12/05/2010

 Mappa tar-reġjun © EU

L-istrateġija tal-UE li toffri għajnuna finanzjarja u inċentivi oħra lill-pajjiżi tal-viċinat qed tagħti l-frott.

Rapport dwar il-politika Ewropea tal-viċinat Englishfrançais jgħid li din saħħet il-kummerċ u rabtiet oħra bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Lvant u n-Nofsinhar. Madankollu l-politika kellha iktar suċċess biex tistimola r-riforma ekonomika milli biex iġġib bidla demokratika.

Il-Kummissarju Štefan Füle qali li "hu essenzjali li fil-futur ir-riformi demokratiċi u politiċi, fejn il-progress hu reali iżda iktar kajman, jingħataw iktar importanza".

Il-politika ġiet introdotta fl-2004, l-istess sena meta 10 pajjiżi - l-iktar mill-Ewropa Ċentrali - ingħaqdu fl-unjoni, biex b'hekk il-fruntiera ċċaqalqet kważi 1000 kilometru lejn il-Lvant u l-Ewropa ngħaqdet wara għexur ta' snin maqsuma bil-Gwerra Bierda. Filwaqt li qed tagħti daqqa t'id lill-ġirien tagħha, l-UE ppruvat tevita li jinħolqu qasmiet ġodda fl-Ewropa u żżid is-sigurtà u l-istabilità mal-fruntieri tagħha.

Il-politika toffri l-prospett ta' patti ta' kummerċ ħieles, għajnuna finanzjarja u għajnuna fil-qasam tas-sigurtà tal-enerġija u vvjaġġar fl-UE mingħajr il-bżonn tal-viża. Tapplika għall-ġirien immedjati tal-UE bl-art u bil-baħar. Huma inklużi l-eqreb ġirien tal-Lvant u n-Nofsinahr tal-UE (ħlief dawk koperti mill-politika tat-tkabbir).

Wara ħames snin, dan il-metodu li jħajjar lill-pajjiżi, qed jagħti l-frott peress li saħħaħ il-kooperazzjoni f'oqsma bħall-kummerċ, it-trasport, l-enerġija, l-ambjent, ir-riċerka u l-edukazzjoni. L-esportazzjonijiet tal-UE lejn il-pajjiżi ġirien żdiedu bi 63% u l-importazzjonijiet kważi rduppjaw fuq il-perjodu 2004-08, qabel ma l-ekonomija globali ħadet sabta l-isfel.

Il-pajjiżi ġirien qed jieħdu vantaġġ dejjem ikbar mill-għajnuna finanzjarja tal-UE biex tgħinhom bir-riformi. L-għajnuna żdiedet bi 32% minn mindu beda l-isforz, bi €12-il biljun riżervati għall-politika bejn l-2007 -2012.

Il-kuntatti bejn il-persuni fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera żdiedu, u l-ivvjaġġar fl-UE issa hu iktar faċli minn xi pajjiżi, inklużi l-Ukrajna u l-Moldova. Iktar minn 2 miljun persuna mill-pajjiżi ġirien inħarġitilhom viża tal-UE fl-2008.

Rigward id-demokrazija u l-istat tad-dritt, l-elezzjonijiet fl-Ukrajna, il-Moldova, il-Marokk u l-Libanu huma sinjal tajjeb f'għajnejn l-UE. Iżda r-rapport juri li għad baqa' ħafna xi jsir, u l-korruzzjoni għadha problema ewlenija f'bosta pajjiżi.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli