Mogħdija tan-navigazzjoni

Xangaj 2010 - novità għall-UE - 03/05/2010

Il-paviljun fil-fiera dinjija f'Xangaj hu l-ewwel darba li l-UE ppreżentat lilha nfisha lill-udjenza kbira Ċiniża.

Din hi l-ewwel darba li l-UE qed tkun rappreżentata f'fiera dinjija barra l-Ewropa: għal 6 xhur (li jibdew mill-1 ta' Mejju), il-blokk se jkollu l-paviljun tiegħu f'Xangaj Englishfrançais - fuq stedina speċifika miċ-Ċina, it-tieni l-akbar imsieħeb kummerċjali tagħha.

Il-paviljun English - fl-erja Ewropea tal-fiera, flimkien mal-parti l-kbira tal-paviljuni nazzjonali tal-pajjiżi membri tal-UE - se jiġi xxerjat mal-Belġju, il-pajjiż li se jkollu f'idejh il-presidenza rotattiva ta' sitt xhur dan is-sajf.

Aktar minn 70 miljun viżitatur mistennija jżuru l-Fiera, fl-aktar ċentru magħruf industrijali u finanzjarju taċ-Ċina. Viżitatur importanti li minn tal-ewwel żar il-paviljun Belgo-Ewropew kien José Manuel Barroso, il-President tal-Kummissjoni Ewropea.

Bit-tema "Ewropa intelliġenti", l-UE trid turi s-suċċessi tagħha - bħal Erasmus il-programm ta' skambju bejn l-istudenti u l-munità unika - mhux biss liċ-Ċiniżi iżda wkoll lill-viżitaturi mid-dinja kollha. Attrazzjonijiet oħra tal-preżentazzjoni 3D animata tal-paviljun tinkludi l-protezzjoni tal-ambjent, l-istorja Ewropea u l-attrazzjonijiet turistiċi bħall-Akropolis u t-Torri Eiffel.

Il-kultura Ewropea se tkun ukoll fuq quddiem nett: festival ta' xjenza, diversi kunċerti u drammi, anki futbol, bil-President tal-UEFA Michel Platini bħala wieħed mill-patruni tal-paviljun. Bħala parti minn ġimgħa b'tema speċjali, it-tim ta' plejers ċelebri tal-futbol Ewropew se jilgħab logħba kontra tim ta' plajers famużi Ċiniżi.

UE fil-Fiera ta' Xangaj 2010 English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli