Mogħdija tan-navigazzjoni

Mix-xellug għal-lemin: Catherine Ashton, Hillary Clinton u Ban Ki-moon© EU

L-UE twiegħed iktar minn €1.2 biljuni għar-rikostruzzjoni tal-Ħaiti u għall-iżvilupp fit-tul.

Id-deċiżjoni ta' finanzjament tħabbret fil-konferenza tan-NU dwar il-Ħaiti Englishespañolfrançais fi New York il-ġimgħa li għaddiet.

B'kollox, il-pajjiżi donaturi wegħdu €7.3 biljuni ($9.9bn) f'għajnuna biex jgħinu lill-pajjiż iqum fuq saqajh wara t-terremot qerriedi ta' Jannar. Minn dan l-ammont, iktar min-nofs ($5.3bn) twiegħdu għall-2010 - 11. Il-Ħaiti kienet talbet $3.9bn biss għal dan il-perjodu.

Catherine Ashton, ir-rappreżentanta għolja għall-affarijiet barranin, sejħet għal pjan ekonomiku fuq 10 snin li jmur lil hinn mir-rikostruzzjoni biex jiġu enfasizzati l-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku.

"L-UE tirrikonoxxi li l-bini mill-ġdid tal-Ħaiti jimplika wkoll impenn fit-tul min-naħa tal-imsieħba tal-iżvilupp tagħha", hija qalet. L-UE ilha waħda mill-ikbar donaturi tan-nazzjon fil-Karibew.

Kristalina Georgieva, il-Kummissarju għall-għajnuna umanitarja, issuġġeriet li jintużaw skemi fejn min jaħdem jitħallas f'kontanti u ta' self żgħir biex jingħata spinta lill-iżvilupp u n-nies ta' Ħaiti jieħdu r-riedni f'idejhom.

It-terremot ħalla iktar minn 200,000 persuna mejtin u iktar minn miljun bla saqaf. L-UE diġà pprovdiet €300 miljun f'għajnuna umanitarja.

Aktar dwar l-għajnuna tal-UE lill-Ħaiti. Englishespañolfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli