Mogħdija tan-navigazzjoni

Ir-rikostruzzjoni taċ-Ċilì wara t-terremot - 17/03/2010

Binja maqsuma min-nofs wara t-terremot fiċ-Ċilì © Reporters

L-inawgurazzjoni tal-president il-ġdid taċ-Ċilì kienet okkażjoni kommoventi għall-kummissarju l-ġdid tal-UE għall-għajnuna umanitarja - minħabba diversi raġunijiet.

Kristalina Georgieva kienet fiċ-ċerimonja matul żjara biex tispezzjona l-ħidma ta' għajnuna tal-UE f'żoni tal-Amerika t'Isfel milquta mit-terremot kbir tax-xahar li għadda. L-UE diġà mmobilizzat €3 miljuni f'għajnuna u bagħtet esperti biex jikkoordinaw id-distribuzzjoni tal-provvisti.

Ftit minuti biss qabel ma l-President Sebastián Piñera kien se jieħu l-ġurament fil-parlament Ċilen f'Valparaiso fiċ-ċentru tal-pajjiż, inħasset tregħida kbira mal-kosta, u fin-nofs siegħa ta' wara nħassew tnejn oħra. Madankollu ħadd ma ħareġ jiġri 'l barra u s-Sur Piñera kompla jilqa' lill-mexxejja barranin daqslikieku ma ġara xejn. Fil-blogg English tagħha, il-kummissarju tgħid li ma qamx paniku minħabba l-fiduċja fl-istadards għoljin ta' kostruzzjoni fil-pajjiż suġġett għat-terremoti.

It-tregħida tas-27 ta' Frar, li laħqet 8.8 fuq l-iskala Richter, kienet waħda mill-ikbar li qatt ġiet irreġistrata, iżda n-numru ta' vittmi kien relattivament baxx - madwar 500 persuna. Ħafna minnhom kienu vittmi tat-tsunami iktar tard. Għalkemm ħafna bini ġġarraf sew, ħafna minnu ma waqax.

Iċ-Ċilì talbet għajnuna internazzjonali fil-forma ta' pontijiet mekkaniċi, sptarijiet mobbli, telefowns bis-satellita, sistemi ta' purifikazzjoni tal-ilma mielaħ, tined u kċejjen mobbli.

L-għajnuna tal-UE qed titqassam bl-għajnuna ta' erba' aġenziji: Telecoms Without Borders (Telecoms Bla Fruntieri), l-Organizzazzjoni tas-Saħħa Pan-Amerikana u l-fergħat Spanjoli u Ġermaniżi tas-Salib l-Aħmar.

L-UE għandha erba' esperti umanitarji u tim ta' sitt persuni tal-protezzjoni ċivili English fuq il-post.

Għadd ta' pajjiżi membri taw għajnuna lill-UE bil-kontribuzzjonijiet tagħhom. Spanja, il-Ġermanja u Franza bagħtu wkoll esperti fir-reġjun.

Il-kontribuzzjonijiet kienu koordinati miċ-ċentru ta' monitoraġġ u informazzjoni tal-UE fi Brussell, li dejjem ikollu impjegati disponibbli.

Aktar dwar l-għajnuna umanitarja tal-UE Englishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli