Mogħdija tan-navigazzjoni

Ugwaljanza bejn is-sessi - mad-dinja kollha - 08/03/2010

Logo tal-Jum Internazzjonali tan-Nisa ©EU

Setgħa mogħtija lin-nisa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw hi kruċjali għal aktar ugwaljanza bejn is-sessi.

Il-pjan ta' azzjoni Englishfrançais l-ġdid tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-sessi se juża l-għajnuna għall-iżvilupp biex jippromwovi l-għanijiet tiegħu lil hinn mill-UE. Imħabbar fil-Jum Internazzjonali tan-Nisa (it-8 ta' Marzu), il-pjan maħsub biex jagħti nifs ġdid lill-wegħdiet li saru waqt il-konferenza f'Beijing tan-NU dwar in-nisa fl-1995 - mument ta' definizzjoni għall-ġlieda favur id-drittijiet tan-nisa. Għalkemm minn dakinhar 'l hawn il-progress kien limitat.

L-inizjattiva l-ġdida hi miżura tal-impenn tal-UE lejn l-ugwaljanza bejn is-sessi - kemm fi ħdan il-fruntieri tagħha kif ukoll lil hinn minnhom. Il-kwistjoni tinvolvi d-drittijiet indaqs, l-aċċess għar-riżorsi bħall-art u l-edukazzjoni, u l-parteċipazzjoni fit-tfassil tad-deċiżjonijiet. U billi l-UE hi l-akbar sponsor fid-dinja tal-ugwaljanza bejn is-sessi, billi tagħti 60% tal-għajnuna dinjija għall-iżvilupp fis-sena, l-impenn tagħha mifrux mad-dinja kollha.

L-għajnuna tinkludi finanzjament għal ħidma fil-livell popolari biex jitjiebu l-kundizzjonijiet għan-nisa f'pajjiżi li qed jissieltu. Fil-Botswana, pereżempju, l-UE kkontribwixxiet €370,000 għall-ħidma tan-Nisa Kontra l-Istupru English , għaqda karitattiva li torganizza kampanji favur liġijiet li jipproteġu lin-nisa kontra l-abbuż u l-persekuzzjoni ta' dawk li jiksru l-liġi.

L-ugwaljanza bejn is-sessi hi wkoll wieħed mill-għanijiet għall-iżvilupp tal-millennju Englishespañolfrançais - il-miri biex jiġu megħjunin l-ifqar nies fid-dinja appoġġati minn 192 pajjiż u minn 23 istituzzjoni ewlenija ta' żvilupp.

L-UE taħdem ukoll biex jinħoloq għarfien tad-drittijiet tan-nisa - pereżempju permezz ta' kompetizzjoni ta' tpinġija Englishfrançais annwali miftuħa għas-subjien u l-bniet li jgħixu f'partijiet oħra tad-dinja. Kumitat ta' 50 tifel u tifla fl-UE se jagħżlu t-tpinġijiet favoriti tagħhom għal kull reġjun li jkun qed jipparteċipa, u kull rebbieħ se jirċievi €1,000 għall-iskola tiegħu. Xogħol it-tfal hu li jużaw l-arti biex juru żewġ viżjonijiet: l-ugwaljanza bejn is-sessi, u kif l-irġiel u n-nisa jistgħu flimkien jagħmlu d-dinja aħjar milli hi.

L-idea hi li jekk it-tfal isiru konxji tal-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi, l-adulti ta' għada jkunu lesti li jiġġieldu favur l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fuq skala globali.

Drittijiet tan-nisa fil-politika esterna tal-UE English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli