Mogħdija tan-navigazzjoni

Tingħata approvazzjoni lill-Iżlanda - 24/02/2010

Il-bandiera tal-Iżlanda © EU

L-Iżlanda meqjusa lesta għad-djalogi ta' sħubija fl-UE

L-UE għandha tibda djalogi formali mal-Iżlanda dwar l-applikazzjoni tagħha biex tissieħeb mal-blokk, jgħid rapport tal-Kummissjoni dwar il-konvenjenza tas-sħubija tal-pajjiż.

Iżda r-rapport iżid jgħid li l-gżira Nord Atlantika, nazzjon ta' 320,000 ruħ, jinħtiġilha tagħmel "sforzi serji" biex tqiegħed il-liġijiet tagħha skont il-leġiżlazzjoni tal-UE f'oqsma li jinkludu s-sajd, l-agrikoltura u s-servizzi finanzjarji.

Ir-rakkomandazzjoni tikkonkludi l-istudju tal-Kummissjoni dwar il-kredenzjali għas-sħubija tal-Iżlanda, l-ewwel pass fil-proċess tad-dħul. Studji ta' din ix-xeħta jistgħu jieħdu aktar minn sena biex jitlestew, iżda r-rakkomandazzjoni tal-lum ħarġet biss seba' xhur wara li l-Iżlanda ppreżentat l-applikazzjoni tagħha.

Ir-rapport jirrikonoxxi li l-Iżlanda taqsam ħafna mill-valuri tal-UE, inklużi demokrazija u rispett għad-drittijiet tal-bniedem ferm stabbiliti. Bħala parti mill-blokk taż-Żona Ekonomika Ewropea English, in-nazzjon diġà integrat fis-suq tal-UE u jaderixxi mal-biċċa l-kbira tal-liġijiet tal-UE.

Jekk il-pajjiżi tal-UE jiddeċiedu li jaċċettaw lill-Iżlanda bħala kandidat uffiċjali, in-negozjati probabbilment idumu għaddejjin tal-anqas sena. Jekk wieħed jassumi li dawn iwasslu għal stedina, l-Iżlanda tippjana referendum dwar il-kwistjoni.

L-Iżlanda daret lejn l-UE fi żmien ta' kriżi ekonomika fil-pajjiż. L-applikazzjoni tagħha turi b'mod ċar ir-rwol tal-UE fil-promozzjoni ta' stabbiltà ekonomika u politika.

Aktar dwar it-tkabbir tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli