Mogħdija tan-navigazzjoni

Forza ta' pulizija Ewropea se terħilha lejn il-Ħaiti - 26/01/2010

Bini mwaqqa' fil-Ħaiti © European Union - Photo by ECHO/Vicente Raimundo

Mill-anqas 300 pulizija militari mill-Unjoni Ewropea se jerħulha lejn il-Ħaiti biex jgħinu fiż-żamma tal-paċi fil-pajjiż milqut mit-terremot. Franza, l-Italja, Spanja, il-Portugall u l-Olanda se jikkontribwixxu għal din il-forza.

L-UE se tibgħat ukoll inġiniera u tagħmir biex jitnaddfu t-toroq u se tappoġġa l-isforzi biex titwassal għajnuna bil-baħar. Il-port prinċipali fil-Ħaiti saritlu ħsara intensiva fit-terremot.

Il-ministri tal-affarijiet barranin tal-UE qablu dwar l-iskjarment it-Tnejn wara sejħa min-NU għal għajnuna fil-kontroll tal-folol u fid-distribuzzjoni tal-assistenza. In-NU qed tikkoordina l-isforz ta' għajnuna. Il-ministri ddeċidew ukoll li jitwaqqaf uffiċċju fi Brussell biex jikkoordina l-assistenza militari u s-sigurtà.

It-Tnejn ukoll, madwar 20 pajjiż u organizzazzjoni, inklużi l-UE, iltaqgħu f'Montreal biex jorganizzaw konferenza internazzjonali għad-donaturi u biex jistabbilixxu l-prijoritajiet għall-bini mill-ġdid tal-pajjiż.

L-UE diġà offriet aktar minn €400m lill-Ħaiti. Madwar nofshom se jkunu mibgħuta mill-ġdid minn fondi li diġà kienu allokati għan-nazzjon tal-Karibew.

Ġimagħtejn wara d-diżastru, l-isforz ta' għajnuna issa qed jiffoka biex jiġu mgħejjunin joħorġu mill-istat ta' disperazzjoni dawk li baqgħu ħajjin wara t-terremot. L-esperti tal-UE fil-Ħaiti qed jirrapportaw li sar progress fl-immaniġġjar tax-xkiel loġistiku li inizjalment tellef l-isforzi tal-għajnuna. Iżda b'mijiet ta' eluf ta' nies bla djar, il-kenn qed aktar ma jmur isir problema.

“Għalkemm il-ħtiġijiet huma enormi, l-organizzazzjoni massiva u l-koordinazzjoni kolossali, ftit ftit kollox qed jiġi f'postu,” qalet Susana Perez Diaz ta' ECHO Englishfrançais , id-dipartiment għall-għajnuna umanitarja tal-UE.

Madwar 700 espert mill-UE jinsabu fil-Ħaiti, jikkordinaw il-kontribuzzjoni ta' ikel, mediċini, gvieret, tined, ilma u fjuwil.

Sadattant, il-ġbir ta' flus għall-vittmi qed jiżdied bi ħġaru fl-Ewropa u madwar id-dinja. Eżempju tipiku hu dak ta' France Telecom, il-kumpanija nazzjali tat-telefonija, li qed tħalli lill-klijenti tagħha jagħtu flus lis-Salib Aħmar Franċiż u lil żewġ organizzazzjonijiet karitattivi oħra permezz ta' sms għal xahar sħiħ.

L-UE ilha żmien twil id-donatur ewlieni tal-Ħaiti. Is-sena l-oħra hi warrbet €7m biex jingħelbu n-nuqqas ta' ikel u l-imwiet tat-tfal u biex il-pajjiż ikun ippreparat għal kriżi umanitarja jew għal diżastru naturali.

 

Aktar dwar l-għajnuna umanitarja mill-UE għall-Ħaiti Englishespañolfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli