Mogħdija tan-navigazzjoni

Terremot fil-Ħaiti – l-UE tikkoordina l-għajnuna - 21/01/2010

Iktar minn €130 miljun qed jintbagħtu bħala għajnuna soċjali u għar-riabilitazzjoni. Ċifra li mistennija tikber.

Terremot li tkejjel 7 fuq l-iskala Richter għeżżeż lill-Ħaiti fit-12 ta' Jannar. Ftit sigħat wara d-diżastru l-UE pprovdiet €3 miljuni għall-attivitajiet ta' għajnuna immedjata. Sadattant, ingħataw €27 miljuni oħra, flimkien ma' €100 miljuni biex jibdew minnufih ir-riabilitazzjoni u r-rikostruzzjoni. Nofs dawn il-flus qed jintużaw għall-ewwel darba, u nofshom se jittieħdu minn fondi diġà riżervati għall-Ħaiti.

Madwar €200 miljun oħra se jkunu disponibbli għar-riabilitazzjoni fit-tul. Dawn l-ammonti kollha se jiżdiedu jekk l-evalwazzjonijiet juru li hemm bżonn ta' iktar flus. Ma' dawn il-flus, hemm €92 miljun li diġà ġew provduti mill-pajjiżi individwali tal-UE.

Iċ-ċifri tħabbru wara laqgħa ta' emerġenza fi Brussell. Ġiet diskussa wkoll il-possibbiltà li jintbagħtu suldati Ewropej fil-Ħaiti. S'issa għadhom ma tteħdux deċiżjonijiet. Fil-ġimgħat li ġejjin hu probabbli li tiġi organizzata konferenza internazzjonali dwar l-appoġġ lill-Ħaiti. Għandha tevalwa kif ix-xewqa internazzjonali li tingħata l-għajnuna tissarraf f'soluzzjonijiet prattiċi, qalet ir-rappreżentanta għolja għall-affarijiet barranin, Catherine Ashton English.

Il-pajjiżi tal-UE rreaġixxew malajr billi attivaw il-mekkaniżmu tal-protezzjoni ċivili tagħhom, biex il-Kummissjoni tikkoordina l-għajnuna li kull wieħed qed jipprovdi. Waslu timijiet ta' tfittxija u ta' salvataġġ mill-UE u diġà qed jaħdmu fuq il-post. Wasal ukoll materjal essenzjali li jinkludi dak għall-purifikazzjoni tal-ilma, sptarijiet mobbli u tined.

L-evalwazzjoni rapida tad-dannu miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea forniet informazzjoni utli għall-ippjanar tal-miżuri ta' għajnuna, u għall-attivitajiet sussegwenti ta' rikostruzzjoni.

Il-Kummissarju Ewropew għall-Iżvilupp u l-Għajnuna Umanitarja Karel De Gucht Englishfrançais se jżur Port-au-Prince din il-ġimgħa biex jara b'għajnejh fiex tinsab is-sitwazzjoni. Iltaqa' mal-awtoritajiet tal-Ħaiti, in-NU u r-rappreżentanti tal-għajnuna ewlenin fuq il-post biex jiddiskuti magħhom il-koordinazzjoni tal-għajnuna ġenerali.

It-terremot ħalla madwar 200,000 vittma. Madwar 250,000 ruħ jinsabu bi bżonnijiet urġenti ta' għajnuna. L-għadd li jdiehex ta' nies milquta jammonta għal madwar 3 miljun ruħ.

Aktar dwar l-għajnuna umanitarja tal-UE fil-Ħaiti English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli