Mogħdija tan-navigazzjoni

Terremot fil-Ħaiti - l-UE tikkoordina l-għajnuna - 15/01/2010

Katidral f'Port-au-Prince wara l-ħerba tat-terremoti © EU

Ingħataw l-ewwel €3 miljuni f'fondi għall-għajnuna soċjali, ċifra li mistennija tikber.

Terremot li tkejjel 7 fuq l-iskala Richter għeżżeż lill-Ħaiti fit-12 ta' Jannar. Ftit sigħat wara d-diżastru l-UE pprovdiet €3 miljuni għall-attivitajiet ta' għajnuna immedjata.

Il-pajjiżi tal-UE rreaġixxew malajr billi attivaw il-mekkaniżmu tal-protezzjoni ċivili tagħhom, biex l-UE tikkoordina l-għajnuna li kull pajjiż qed jipprovdi. Waslu timijiet ta' tfittxija u ta' salvataġġ mill-UE u huma attivi fuq il-post. Wasal ukoll materjal essenzjali bħall-purifikazzjoni tal-ilma, sptarijiet mobbli u tined.

"Bħalma wrejna fil-passat, irridu nuru li aħna tassew 'komunità globali', li aħna kapaċi nsibu r-riżorsi meħtieġa biex insalvaw il-ħajjiet u nerġgħu nibnu l-eżistenzi," qalet ir-rappreżentanta għolja għall-affarijiet barranin, Catherine Ashton.

Esperti tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna soċjali, flimkien ma msieħba internazzjonali fil-Ħaiti, qed jevalwaw l-iktar bżonnijiet urġenti. Ladarba dawn jiġu identifikati, se tingħata iktar għajnuna.

Aktar dwar l-għajnuna umanitarja tal-UE fil-Ħaiti Englishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli