Mogħdija tan-navigazzjoni

Appoġġ għall-Iżvilupp - niġġieldu kontra t-tibdil fil-klima u r-reċessjoni - 19/10/2009

Madwar 4000 parteċipant minn 1500 organizzazzjoni mistennija jattendu avveniment fi Stokkolma li juri l-isforzi tal-UE favur l-iżvilupp.

Taħt it-tema ġenerali 'ċittadini u żvilupp', l-avveniment ta' din is-sena se jiffoka fuq l-effetti tat-tisħin globali u r-reċessjoni fuq l-ifqar pajjiżi.

Għalkemm huma l-inqas li għandhom tort, dawn il-pajjiżi huma milquta ħażin kemm mir-reċessjoni ekonomika u kemm mit-tibdil fil-klima.

Il-livelli dejjem jogħlew tal-baħar, id-deżertifikazzjoni u d-diżastri naturali iktar frekwenti u kefrin jistgħu jwasslu miljuni ta' persuni fil-faqar u l-progress li sar s'issa permezz tal-għanijiet għall-iżvilupp tal-millennju Englishfrançais jisfa fix-xejn. U l-klima ekonomika attwali wasslet biex naqset l-għajnuna lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li kompliet tnaqqas is-sigurtà alimentari f'reġjuni diġà vulnerabbli.

Jekk il-politiċi, l-uffiċjali ċivili, l-NGOs, il-mexxejja tan-negozju, l-akkademiċi, ir-riċerkaturi u l-midja jingħaqdu flimkien, il-Jiem Ewropej għall-Iżvilupp jipprovdu opportunità għal netwerking, taqsim tal-esperjenzi u jinstabu msieħba ġodda għal proġetti tal-iżvilupp.

L-avveniment fuq tliet ijiem, mit-22 ta' Ottubru, jinkludi taħriġ, diskussjonijiet u workshops. "Villaġġ" tal-iżvilupp jgħati opportunità lill-organizzazzjonijiet biex jippreżentaw ruħhom lil delegati u lill-pubbliku, u jqajmu kuxjenza dwar l-għanijiet tagħhom.

Se jingħataw diversi premjijiet relatati mal-iżvilupp, inkluż il-premju fil-ġurnaliżmu Lorenzi Natali Englishespañolfrançais għall-eċċellenza fir-rapportaġġ dwar id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-kwistjonijiet tal-iżvilupp. Il-premju għaż-żgħażagħ dwar l-iżvilupp jippremja kartelluni jew filmati maħluqa miż-żgħażagħ li juru l-iżvilupp uman fl-Afrika.

Fit-22 ta' Ottubru, l-UE se tippubblika wkoll l-ewwel rapport Ewropew dwar l-iżvilupp Englishfrançais. Se jifforma l-bażi għal diskussjonijiet dwar l-istrateġija tal-UE għall-pajjiżi 'vulnerabbli' fl-Afrika sub-Saħarjana.

L-UE tipprovdi iktar min-nofs tal-għajnuna kollha għall-żivilupp.

Aktar informazzjoni dwar il-Jiem Ewropej għall-Iżvilupp Englishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli