Mogħdija tan-navigazzjoni

Min se jagħmel parti mit-tkabbir li jmiss tal-UE? - 14/10/2009

Djar tipiċi fi triq f'Reykjavik © EC

Is-sena d-dieħla l-Kroazja tista' tagħlaq id-diskussjonijiet dwar id-dħul tagħha fl-UE.

Ir-rapport annwali tal-kummissjoni dwar pajjiżi li qed jittamaw li jsiru membri tal-UE jgħid li l-Kroazja daħlet fil-fażi finali tan-negozjati ta' adeżjoni. Hu jħeġġeġ lill-pajjiż biex ikompli bl-isforzi tiegħu ħalli jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-UE għas-sħubija, b'mod partikulari fil-ġlieda tiegħu kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata.

Dan in-nazzjoni tal-Balkani li għandu popolazzjoni ta' 4.4 miljuni kien fi triqtu biex fl-2011 isir it-28 pajjiż tal-UE. Iżda tilwima dwar il-fruntiera tiegħu mas-Slovenja li hi membru tal-UE żammet id-diskussjonijiet għal aktar minn sena. In-negozjati komplew mill-ġdid reċentement wara li ż-żewġ pajjiżi ftiehmu dwar proċedura li permezz tagħha għandhom jaslu għal qbil dwar it-tilwima.

Mir-rapport tas-sena l-oħra 'l hawn, tliet pajjiżi - l-Albanija, il-Montenegro u l-Iżlanda - applikaw biex jissieħbu mas-27 nazzjon tal-UE. L-Iżlanda solviet l-ewwel ostakolu eżattment wara li applikat, meta l-ministri barranin tal-UE talbu lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-adattabilità għas-sħubija tal-gżira li tinsab fl-Atlantiku ta' Fuq.

L-Albanija u l-Montenegro qed jissieħbu ma' tliet pajjiżi oħra fil-Balkani tal-Punent bħala membri potenzjali: is-Serbja, il-Bożnija u Ħerzegovina u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM). Minkejja r-reċessjoni dinjija, ir-reġjun b'mod ġenerali mexa 'l quddiem lejn integrazzjoni mal-UE. Madankollu għad baqa' ħafna xi jsir.

Ir-rapport jgħid li l-elezzjonijiet parlamentari reċenti fl-Albanija u l-Montenegro laħqu l-istandards meħtieġa, iżda ż-żewġ pajjiżi xorta waħda għad jinħtiġilhom li jsaħħu l-istat tad-dritt. Hu jirrakkomanda lill-UE sabiex din tibda tħaddem ftehim kummerċjali proviżorju mas-Serbja u tħeġġeġ lill-Bożnija u Ħerzegovina tħaffef fir-riformi prinċipali.

Għalkemm ix-xewqa tagħhom li jsiru membru għad baqgħalha ħafna ostakoli, f'Jannar l-FYROM u l-Montenegro mistennija li jakkwistaw għaċ-ċittadini tagħhom id-dritt li jivvjaġġaw mingħajr viża lejn l-UE.

Dwar it-Turkija, ir-rapport jgħid li l-UE tinsab sodisfatta bl-isforzi l-ġodda għar-riforma politika. Hi faħħret ukoll lit-Turkija talli reġgħet bdiet tħaddem relazzjonijiet mal-Armenja wara seklu ta' ostilità u għall-isforzi biex jintemm il-kunflitt qadim bejn it-Turkija u l-minorità Kurda.

Il-Kosovo, li qabel kien provinċja Serba u li fi Frar 2008 iddikjara lilu nnifsu indipendenti, għadu fi stadju bikri ta' relazzjonijiet mal-UE. Dokument separat jenfasizza l-oqsma prinċipali ta' politika li għandhom jiġu indirizzati mill-Kosovo u l-mod kif l-UE tista' tgħinu biex jagħmel dan.

Attwalment, hemm tliet pajjiżi - il-Kroazja, it-Turkija u l-FYROM - li ġew uffiċjalment aċċettati bħala kandidati għas-sħubija fl-UE.

Aktar dwar it-tkabbir tal-UE Deutsch (de) English (en) français (fr)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli