Mogħdija tan-navigazzjoni

Osservatur tal-UE għall-elezzjonijiet qed iħares lejn mara waqt li titfa l-vot fil-kaxxa tal-voti intitolata "Choice" © EC

Wieħed mill-modi kif l-UE tippromwovi u tappoġġa d-demokrazija lil hinn mill-Ewropa huwa li tosserva l-elezzjonijiet ta' barra.

L-Ewropej draw jgħixu f'demokrazija b'elezzjonijiet ħielsa u ġusti. Madankollu, dan mhuwiex fatt għal kull pajjiż. L-UE tappoġġa d-demokrazija f'pajjiżi oħra billi tissorvelja l-elezzjonijiet u tipprovdi assistenza organizzattiva.

L-assistenza elettorali tikkonsisti f'materjal tekniku jew ta' appoġġ għall-proċess elettorali. Per eżempju biex jiġi stabbilit qafas legali għall-elezzjonijiet jew jiġi provdut materjal jew tagħmir għall-votazzjoni. Fl-aħħar ħames snin, l-UE nefqet madwar €400 miljun fuq assistenza elettorali f'aktar minn 40 pajjiż.

L-osservazzjoni elettorali tinvolvi monitoraġġ permezz ta' osservaturi fuq il-post. Il-preżenza tagħhom iżżid il-kredibilità, issaħħaħ il-kufidenza pubblika fil-proċess elettorali u trażżan il-frodi. Barra minn hekk tnaqqas l-abbużi mid-drittijiet tal-bniedem u tgħin biex issolvi kunflitti. Mill-2000, l-UE għamlet 67 missjoni b'aktar minn 4,000 espert u osservaturi.

Meta l-osservaturi jivvalidaw elezzjoni, prinċipalment huma jikkunsidraw l-ammont ta' imparzjalità murija mill-entità responsabbili għat-tmexxija tal-elezzjoni u l-libertà tal-kandidati u l-partiti politiċi biex jgħaqqdu u jesprimu l-opinjonijiet tagħhom. DAwn jivvalutaw ukoll jekk hemmx aċċess ġust lir-riżorsi u l-midja tal-istat, il-votanti jiġu rreġistrati mingħajr diskriminazzjoni u l-votazzjoni u l-għadd tal-voti jkunu ħielsa mill-korruzzjoni.

Attwalment, l-UE qed tħejji missjoni għall-elezzjonijiet presidenzjali u pronvinċjali fl-Afganistan li se jibdew fl-20 ta' Awwissu. L-UE se tonfoq total ta' €40 miljun fuq il-monitoraġġ u l-assistenza elettorali għall-kummissjoni elettorali Afgana.

Missjoni preċedenti tal-UE jinkludu l-monitoraġġ tal-elezzjonijiet fil-Guinea-Bissau, il-Lebanon, il-Malawi u l-Ekwador, kif ukoll bagħtet esperti elettorali fl-elezzjonijiet reġjonali tal-Kurdistan fl-Irak.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli