Mogħdija tan-navigazzjoni

Sħubija mal-UE - l-Iżlanda tegħleb l-ewwel intopp - 28/07/2009

Il-bandiera Iżlandiża fuq dar © EC

Id-deċiżjoni tal-Iżlanda li tissieħeb mal-UE tibda bil-ħeffa.

Il-ministri tal-affarijiet barranin tal-UE talbu lill-Kummissjoni tevalwa l-pajjiż għas-sħubija. Dan huwa l-ewwel pass fil-proċess tas-sħubija.

Id-deċiżjoni ttieħdet malajr - inqas minn ġimagħtejn wara li l-Iżlanda tefgħet l-applikazzjoni. Dan juri li l-pajjiż għandu reputazzjoni tajba.

Il-Kummissjoni għandha tipprepara studju dettaljat dwar l-ekonomija, il-liġi u s-sistemi politiċi tal-Iżlanda. Dawn l-istudji normalment jieħdu aktar minn sena biex jitlestew. Iżda l-Iżlanda tista' ma jkollhiex għalfejn tistenna daqs xi pajjiżi oħra peress li għandha ekonomija tas-suq avvanzata u stabbli u istituzzjonijiet demokratiċi, żewġ kundizzjonijiet importanti għas-sħubija.

Ladarba jirċievu r-rapport, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jiddeċiedu jekk jaċċettawx l-Iżlanda bħala kandidat uffiċjali. Huwa biss wara li jseħħ dan li jistgħu jibdew in-negozjati dwar it-termini tas-sħubija, proċess li jista' jieħu xi sena jew tnejn oħra. Jekk l-UE taċċetta l-Iżlanda, il-pajjiż jagħmel referendum dwar il-mistoqsija.

Sa dan l-aħħar, il-gżira fit-Tramuntana tal-Atlantiku b'popolazzjoni ta' 320,000 ma tantx uriet interess li tissieħeb mal-UE. Iżda meta l-munita tagħha (krona) stabtet wara l-waqgħa tal-banek f'Ottubru, l-Iżlanda fittxet is-sħubija mal-UE u l-munita tal-euro bħala mod kif tistabilixxi l-ekonomija.

Il-President Barroso laqa' d-deċiżjoni tal-Iżlanda u sejħilha "sinjal tal-ħajja tal-proġett Ewropew u tat-tama li tirrappreżenta l-Unjoni Ewropea."

L-Iżlanda diġà għanda rabtiet tajbin mal-UE. Bħala membru taż-Żona Ekonomika Ewropea English (en) français (fr) , hija integrata fis-suq tal-UE, u ssegwi ħafna mil-liġijiet tal-UE. Hija parti wkoll miż-żona ta' bla passaport Schengen flimkien mal-parti l-kbira tal-pajjiżi tal-UE.

Qasam negattiv għan-negozjati jista' jkun id-drittijiet tas-sajd. Il-kwistjoni ma taqax fiż-Żona Ekonomika Ewropea, li tagħti lill-Iżlandiżi d-dritt li jgħixu u jaħdmu fl-UE iżda ma tippermettilhomx jistabilixxu l-politiki agrikoli u monetarji tagħhom.

Fil-laqgħa tas-27 ta' Lulju, il-ministri tal-affarijiet barranin tennew ukoll l-appoġġ tagħhom għall-aspirazzjoni ta' sħubija tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. Attwalment, hemm tliet pajjiżi kandidati uffiċjali għas-sħubija mal-UE - il-Kroazja, it-Turkija u l-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja. Ħames pajjiżi oħra tal-Balkani tal-Punent huma kkunsidrati bħala kandidati potenzjali - l-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja u l-Kosovo.

Aktar dwar it-tkabbir tal-UE Deutsch (de) English (en) français (fr)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli