Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-logo tas-samit tal-G8 © G8

Il-pajjiżi tal-G8 intrabtu li jillimitaw it-tisħin globali għal 2°C u jnaqqsu l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra bi 80% sal-2050.

Il-ftehimiet jirrappreżentaw pass sinifikanti lejn kunsens globali dwar it-taqsim tal-piż biex jonqsu l-emissjonijiet. Iżda l-mexxejja jgħidu li għad hemm ħafna xogħol xi jsir qabel il-konferenza dwar it-tibdil fil-klima ta' Kopenħagen. In-NU qed jisperaw li jiżguraw ftehim globali ġdid fis-samit dinji f'Diċembru.

Is-sena l-oħra, il-G8 qablu li jippruvaw inaqqsu l-emissjonijiet bin-nofs sal-2050, iżda ma speċifikawx kif dan jista' jinkiseb. Din id-darba qablu li dan ifisser li l-pajjiżi żviluppati jnaqsu l-emissjonijiet bi 80%.

Grupp ta' nazzjonijiet li qed jiżviluppaw - iċ-Ċina, l-Indja, il-Brażil, il-Messiku u l-Afrika t'Isfel - iridu li l-pajjiżi tal-G8 jadottaw miri għall-2020 u jipprovdu għajnuna finanzjarja u teknoloġika għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Id-diskussjonijiet mal-poteri ekonomiċi emerġenti ewlenin saru fil-marġini tas-samit, fil-Forum tal-Ekonomiji Ewlenin (MEF). Il-Forum jgħaqqad lill-parteċipanti ewlenin kollha - il-membri tal-G8 (l-Istati Uniti, il-Kanada, il-Gran Brittanja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Ġappun, ir-Russja), il-pajjiżi ewlenin li qed jiżviluppaw tal-G5 (iċ-Ċina, l-Indja, il-Brażil, il-Messiku u l-Afrika t'Isfel) u l-Awstralja, l-Indoneżja, il-Korea t'Isfel u l-UE.

Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ingħaqdu mal-G8 fil-qbil li t-temperaturi medji globali m'għandhomx jiżdiedu b'iktar minn 2°C. Dan hu pass sinifikanti ġdid fil-ġlieda kontra t-tisħin globali. Il-limitu hu importanti minħabba li jimminimizza r-riskju ta' tibdil fil-klima perikoluż bla kontroll.

It-tisħin globali kien wieħed mill-ogħla prijoritajiet għall-mexxejja dinjin hekk kif ingħaqdu għas-samit annwali tal-G8 u għal diskussjonijiet separati mal-ekonomiji emerġenti. Il-mexxejja kienu qed jissieltu wkoll mal-ekonomija globali vulnerabbli, l-iżvilupp fl-Afrika, in-non-proliferazzjoni nukleari, ir-riforma finanzjarja u s-sikurezza tal-ikel.

Il-mexxejja tal-G8 taw $20bn fuq tliet snin biex jinkuraġġixxu l-investiment agrikolu fil-pajjiżi l-fqar u jiġġieldu kontra l-ġuħ. Qablu wkoll biex jissoktaw b'regoli ġodda għas-sistema finanzjarja u bl-isforzi biex tintemm il-kriżi tal-kreditu u jerġa' jingħata dinamiżmu lit-taħdidiet dinjin dwar in-negozju.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli