Mogħdija tan-navigazzjoni

Mappa tar-reġjun © EC

L-UE tniedi programm biex issawwar rabtiet mill-qrib ma' sitt pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant u tal-Kawkasu tan-Nofsinhar

Bil-'Partenarjat mal-Lvant', l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġeorġja, il-Moldova u l-Ukrajna għandhom prospetti ta' patti ta' kummerċ ħieles, għajnuna finanzjarja, għajnuna għas-sigurtà tal-enerġija u vjaġġar bla viża fl-UE. Għall-Ewropa, dan ifisser iktar stabbiltà u sigurtà fil-Lvant.

Ir-reġjun għadda minn diversi kriżijiet mill-waqgħa tal-Unjoni Sovjetika u għadu għaddej minn xi problemi minħabba kunflitti mhux riżolti. F'samit fi Praga li nieda l-programm, il-President Barroso qal li l-UE għandha "interess vitali" f'relazzjonijiet iktar b'saħħithom.

Il-partenarjat iżid dimesjoni speċifika tal-Lvant lill-politika ġenerali tal-UE għall-pajjiżi tal-viċinat DeutschEnglishespañolfrançais . Il-bżonn urġenti għal dan ġie mill-kunflitt tas-Sajf li għadda bejn ir-Russja u l-Ġeorġja u t-tilwima fuq il-gass bejn ir-Russja u l-Ukrajna f'Jannar. L-inkwiet riċenti fil-Moldova reġa' qajjem it-tħassib dwar l-istabbiltà fir-reġjun.

Is-sitt pajjiżi se jirċievu iktar għajnuna finanzjarja mill-UE biex tgħinhom fir-riformi politiċi u ekonomiċi. Ir-riformi li jirnexxu jistgħu jwasslu għal Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni komprensivi mal-UE, li jkunu jinkludu patti ta' kummerċ ħieles u impenji fuq is-sigurtà tal-enerġija, li hi importanti għall-pajjiżi tal-UE li l-provvisti taż-żejt u tal-gass tagħhom li jġibu mir-Russja jgħaddu minn dan ir-reġjun.

Dawn il-pajjiżi, li huma rebuppliki eks-Sovjetiċi, qed jiffaċċjaw sfidi ewlenin għad-demokrazija u l-istat tad-dritt. Milqutin ħażin mir-riċessjoni, għadhom qed jitħabtu mat-tranżizzjoni għal ekonomiji tas-suq.

Minbarra għarfien espert dwar l-iżvilupp reġjonali, l-UE qed toffri programmi biex tindirizza d-differenzi ekonomiċi u soċjali, u qed tikkunsidra li tiftaħ is-suq tax-xogħol tagħha għall-ħaddiema minn pajjiżi msieħba. U jkun iktar faċli għalihom biex jivvjaġġaw fl-UE jekk il-pajjiżi jtellgħu l-kontrolli tal-fruntieri għall-istandards tal-UE.

Il-ġestjoni tal-fruntieri hi waħda mill-ħames kwistjonijiet ewlenin fejn l-UE tixtieq tgħin. Il-kwistjonijiet l-oħra huma l-appoġġ għan-negozji ż-żgħar, konnessjonijiet bejn is-sistemi reġjonali ta' distribuzzjoni tal-elettriku, il-pajpijiet tal-gass u taż-żejt mill-Baħar Kaspju lejn l-Ewropa, u l-kooperazzjoni fir-rispons għad-diżastri.

Minbarra r-riżorsi ppjanati għall-2010-13, il-kummissjoni se żżid €350 miljun fi flus. €250 miljun oħra diġà mwarrba għar-reġjun se jiġu ridefiniti biex jappoġġaw programm ġdid.

Sir af aktar dwar il-Partenarjat mal-Lvant Englishfrançais tal-UE.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli