Mogħdija tan-navigazzjoni

Tpinġija ta' siġra bil-bnadar © EC

L-1 ta' Mejju huwa l-ħames anniversarju tal-akbar tkabbir li qatt seħħ fl-UE. F'dak il-jum storiku tal-2004 issieħbu għaxar pajjiżi - Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Lituwanja, Malta, il-Polonja, l-Islovakkja and l-Islovenja.

Bit-tkabbir fin-numru ta' pajjiżi membri minn 15 għal 25, il-‘Big Bang’ English żiedet il-popolazzjoni b'madwar 73 miljun u ġabet disa' lingwi uffiċjali ġodda fl-UE. Dan it-tkabbir ressaq il-fruntiera tal-UE madwar 1,000 kilometru lejn il-Lvant kif ukoll għaqqad l-Ewropa wara għexieren ta' snin minħabba d-diviżjoni kkawżata mill-Gwerra Bierda.

Fl-2007 issieħbu żewġ pajjiżi oħra, ir-Rumanija u l-Bulgarija. Dan wassal għal total ta' 27 pajjiż membru.

It-tkabbir tal-UE kien suċċess? Skont rapport reċenti tal-UE English , it-tweġiba hija mingħajr dubju, iva.

Dan ġab miegħu benefiċċji ekonomiċi u politiċi kbar għall-pajjiżi membri, kemm dawk qodma u dawk ġodda. Għolla l-livelli tal-għajxien b'mod evidenti fil-pajjiżi membri l-ġodda, ħeġġeġ il-modernizzazzjoni tal-ekonomiji tagħhom u ħoloq istituzzjonijiet aktar stabbli.

Il-pajjiżi membri l-qodma kisbu opportunitajiet ġodda ta' investiment u esportazzjoni. L-UE kollha kemm hi gawdiet minn iktar negozju bejn il-membri, biex b'hekk saret iktar kompetittiva.

L-espansjoni tal-UE lejn il-Lvant saħħet ukoll l-istabilità politika, id-demokrazija u l-istat tad-dritt madwar l-Ewropa. Dan inkluda l-pajjiżi tal-Balkani li qed jimmiraw li jissieħbu mal-UE. Barra minn hekk, l-UE ingħatat aktar poter biex tieħu ħsieb l-isfidi globali bħat-tibdil klimatiku u l-kriżi finanzjarja.

Madankollu r-riċessjoni attwali qajmet tendenzi ta' protezzjoniżmu li jhedded li jxekkel dak is-suċċess. "Bosta Ewropej għandhom mistoqsijet dwar it-tkabbir tal-UE fil-qalba tal-kriżi ekonomika", qal Il-Kummissarju għat-tkabbir Olli Rehn matul diskors riċenti. "Madankollu, filwaqt li niġġieldu r-riċessjoni ekonomika, ma rridux nitfgħu l-ħtija fuq it-tkabbir tal-UE. Dan ma jistħoqqlux u mhuwiex responsabbli għall-problemi soċjali tagħna."

Għall-kuntrarju ta' dan, suq waħdieni b'saħħtu hu kruċjali għall-ikupru tal-ekonomija Ewropea. Il-pajjiżi membri l-ġodda huma mħeġġa biex ikomplu bir-riformi sabiex isaħħu l-integrazzjoni ekonomika u politika tagħhom. Riformi simili huma essenzjali biex jagħtu daqqa t'id lill-UE ħalli fil-ġejjieni tilqa' membri ġodda.

Attwalment, hemm tliet pajjiżi li ġew aċċettati b'mod uffiċjali bħala kandidati għas-sħubija mal-UE - il-Kroazja, it-Turkija u l-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (FYROM). Ħames pajjiżi oħra tal-Balkani tal-Punent huma kkunsidrati bħala kandidati potenzjali - l-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja u l-Kosovo.

Aktar tagħrif dwar il-5 anniversarju mit-tkabbir tal-UE English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli