Mogħdija tan-navigazzjoni

In-nazzjonijiet li qed jiżviluppaw jinsabu fil-bżonn - 07/04/2009

Raġel Afrikan b'bandiera tal-UE mdawra miegħu © EC

Il-kriżi finanzjarja qed tħalli impatt serju fuq il-pajjiżi bi dħul baxx.

L-UE nefqet 8% iktar fuq l-għajnuna għall-iżvilupp is-sena li għaddiet, minkejja l-bidu tal-kriżi ekonomika.

B'kollox, il-pajjiżi membri pprovdew €49 biljun f'għajnuna lill-ifqar pajjiżi tad-dinja - madwar 0.4% tad-dħul gross tal-blokk. Il-flus imorru għal firxa wiesgħa ta' proġetti - minn skejjel sa sptarijiet sa toroq ġodda.

Il-kummissjoni kienet sodisfatta b'din iż-żieda, waqt li ħeġġet lill-membri tal-UE biex ma jnaqqsux l-għajnuna tagħhom minħabba l-kriżi ekonomika.

"Ir-riċessjoni m'għandhiex, ma tistax, tintuża bħala skuża biex nerġgħu lura mill-wegħdiet tagħna li nżidu l-għajnuna," qal il-president Barroso.

In-nazzjonijiet li qed jiżviluppaw diġà ddgħajfu minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel u ż-żejt f'dawn l-aħħar sentejn. Issa qed ibatu minn prezzijiet li qed jonqsu tal-komoditajiet, investiment barrani dirett li qed jonqos u l-probabbiltà ta' waqa' sinifikanti fil-fondi tal-ħaddiema migranti.

Dan jagħmilha iktar u iktar kruċjali li l-pajjiżi donaturi jonoraw l-impenji tagħhom, minkejja l-pressjonijiet fuq l-ekonomiji tagħhom.

Fl-2005, il-pajjiżi tal-UE wiegħdu li jżidu l-għajnuna għal 0.56% tad-dħul gross sal-2010. Biex jintlaħaq dan l-għan, iridu jikkontribwixxu madwar €69 biljun. Iżda hemm tħassib li xi wħud minnhom mhux se jirnexxielhom minħabba rifużjonijiet fuq it-taxxa li qed jonqsu u defiċits baġitarji li qed jikbru.

Fis-samit English riċenti tagħhom, mexxejja mill-20 aqwa ekonomiji tad-dinja reġgħu affermaw l-impenn tagħhom li jżidu l-għajnuna fir-rispett tal-għanijiet tal-iżvilupp Englishespañolfrançais adottati mill-istati membri tan-NU fl-2001.

Din is-sena, l-UE se tqiegħed għad-dispożizzjoni iktar malajr għotja ta' €4 biljun maħsuba għall-għajnuna. Din tinkludi tal-inqas €500 miljun f'assistenza soċjali għall-pajjiżi milquta minn inqas dħul u €1 biljun lil dawk affettwati miż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel.

Biex il-fondi għall-iżvilupp ikunu effikaċi kemm jista' jkun, il-kummissjoni tirrakomanda li jintużaw b'mod li jattiraw ukoll l-investiment privat. Jeħtieġ ukoll li l-għajnuna tiġi mgħaġġla u riveduta fid-dawl tal-kriżi.

Kooperazzjoni iktar mill-qrib bejn il-pajjiżi membri u l-kummissjoni tista' tagħmel l-għajnuna għall-iżvilupp iktar effettiva. Bħalissa l-kummissjoni tiġġestixxi madwar 20% tal-għajnuna tal-UE. Il-bqija tal-għajnuna tingħata direttament mill-pajjiżi tal-UE.

Aktar dwar l-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE Englishfrançais.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli