Mogħdija tan-navigazzjoni

Obama u Barroso waqt konferenza stampa © EC

L-illanċjar tal-missila mill-Korea ta' Fuq iqajjem diskors iebes matul is-samit bejn l-UE u l-Istati Uniti

Waqt laqgħa fi Praga mal-President Obama tal-Istati Uniti, il-mexxejja tal-UE kkundannaw bil-qawwi l-illanċjar ta' missila mill-Korea ta' Fuq u qasmu l-opinjonijiet tagħhom češtinaEnglishfrançais dwar l-ekonomija, it-tibdil fil-klima, l-enerġija u l-kummerċ.

Barra minn hekk iddiskutew il-programm nukleari tal-Iran, il-paċi fil-Lvant Nofsani u l-assistenza lejn l-Afganistan u l-Pakistan.

L-illanċjar min-naħa tal-Korea ta' Fuq seħħ ftit sigħat qabel is-samit tal-5 ta' April, li kien l-aħħar stadju tal-ewwel żjara Ewropea ta' Obama bħala president.

Il-Kunsill Ewropew u l-Istati Uniti ppubblikaw stqarrija konġunta češtinaEnglishfrançais fejn qalu li l-programm ballistiku tal-missili tal-Korea ta' Fuq kien "immirat biex tinkiseb il-ħila biex thedded il-pajjiżi ġirien u mbgħeda b'armi tal-qerda tal-massa".

Rigward il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima English, il-President Barroso qal li hemm intensifikazzjoni fil-konverġenza bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti u ż-żewġ naħat se jikkooperaw aktar.

Is-Sur Obama qal li l-Istati Uniti kienu lesti jmexxu sforz internazzjonali biex jonqsu l-ħażniet nukleari. Iż-żewġ naħat reġgħu kkonfermaw l-impenn tagħhom biex jikkonkludu it-taħdidiet dwar il-kummerċ dinji li ilhom weqfin.

Qabel dan, Obama kien Londra għas-samit tal-G20 dwar il-kriżi ekonomika globali, kif ukoll fi Strasburgu għas-Samit tan-NATO fl-okkażjoni tas-60 anniversarju tal-alleanza militari.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli