Mogħdija tan-navigazzjoni

Tentattiv ġdid għat-titjib tal-ambjent - 12/03/2009

Mara u raġel jieħu nota tar-riżorsi forestali fit-Tanzania © EC

Proġetti ambjentali għall-offerta waqt konferenza 'irkant' f'Brussell.

Is-sena li għaddiet, grupp popolari li jħares l-ambjent talab l-UE €525 584 f'għajnuna biex tissalva s-siġra blackwood u għall-ġlieda kontra l-faqar fil-komunitajiet tax-Xlokk tat-Tanzania li jiddependu fuq din is-siġra għall-għajxien tagħhom.

Il-blackwood Afrikan huwa wieħed mill-aktar injam prezzjuż fid-dinja. Stmat għall-kwalitajiet tat-tonalità tiegħu, din is-siġra li għandha l-għamla ta' arbuxell tintuża biex jinħadmu strumenti tan-nifs bħall-oboe, il-klarinetti u ż-żaqq (bagpipes). Xi darba din is-siġra kienet tinsab f'ammonti kbar madwar l-Afrika. Madankollu issa hija mhedda minn użu irresponsabbli.

EuropeAid huwa l-uffiċċju responsabbli fl-UE għall-għajnuna esterna. Dan analizza fit-tul il-proposta u ddeċieda li jistħoqqilha l-flus. Iżda, wara kollox, l-għotja ma ngħatatx minħabba nuqqas ta' finanzjament min-naħa tal-UE.

Fadal aktar minn hekk.

L-isforz fir-rigward dan l-injam se jkun wieħed mis-86 proġett madwar id-dinja għall-'bejgħ' matul l-ewwel irkant ambjentali tal-UE Englishfrançais fi Brussell fit-13 ta' Marzu. B'baġits bejn €400,000 u €3 miljun, dawn il-proġetti jvarjaw mill-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, it-tibdil klimatiku u d-deforestazzjoni biex titjieb il-bijodiversità u l-iżvilupp sostenibbli. Il-Kummissjoni tikkunsidrahom kollha siewja għall-finanzjament iżda jonqsilhom il-fondi neċessarji.

L-avveniment mhuwiex irkant bħal tas-soltu. Huwa aktar ċans għad-donaturi potenzjali bħall-gvernijiet, il- fondazzjonijiet u l-kumpaniji biex jitgħalmu dwar il-proġetti mill-organizzaturi u l-esperti tal-UE li vvalutawhom. Madwar 400 parteċipant inkitbu għall-konferenza. Il-ftehimiet se jinħadmu direttament bejn il-proġetti u l-donaturi. Il-Kummissjoni se jkollha r-rwol ta' mexxej.

Il-proġetti jimmiraw li jagħtu rwol akbar lill-komunitajiet lokali u indiġeni għall-ġestjoni tal-foresti u riżorsi naturali oħra. Minbarra l-proposta għall-blackwood tat-Tanzania EnglishPDF, dawn jinkludu l-isforzi biex jirpiljaw il-foresti tropikali fil-Peru, jitnedew proġetti fuq skala żgħira fil-qasam tal-enerġija rinovabbli fiż-żona rurali tat-Tajikistan, jiġu segwiti u mħarsa l-popolazzjoni tal-arpa fin-Nofsinhar tal-Afrika u jitħawlu mill-ġdid il-foresti mangrovja fin-Niġerja.

Is-sena l-oħra l-Kummissjoni waslula 200 applikazzjoni fi tweġiba għas-sejħa għall-proposti għall-finanzjament ambjentali. L-UE setgħet tiffinanzja 46 proġett smati €64.5 miljun.

 

Azzjoni ambjentali tal-UE f'pajjiżi li qed jiżviluppaw Englishfrançais  

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli